Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Darts: It-tim nazzjonali fid-Danimarka biex jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja

It-tim nazzjonali Malti tad-darts jinsab fil-belt Daniża ta’ Ejsberg sabiex jieħu sehem fit-23 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja organizzata mill-Federazzjoni Dinjija tad-Darts.

Malta se tieħu sehem kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll f’dik tan-nisa.

Norbert Attard, Albert Scerri, Tony Borg u Enrico Scerri se jkunu qed jgħamlu parti mit-tim nazzjonali tal-irġiel filwaqt li Althea Ciantar, Liliana Abela, Marconia Zammit Borg u Pauline Tonna se jieħdu sehem fil-kategorija tan-nisa.

It-tim tal-irġiel se jkun immexxi minn Anthony Tonna filwaqt li George Ebejer u Chris Bailey se jmexxu lit-tim tan-nisa.

Fil-Grupp l-irġiel se jaffaċċjaw lill-Ingilterra u lil Spanja filwaqt li n-Nisa telgħu mal-Iżvezja, l-Istati Uniti, il-Litwanja, Spanju u l-Indja.

Mal-kontinġent Malti hemm wkoll il-President tal-Malta Darts Association Roderick Zammit u s-segretarju ġenerali Alex Arena. It-tournament f’Ejsberg jibda llum u jintemm fi-tmiem il-ġimgħa.