Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-Korea ta’ Fuq: Tħassib dwar is-sottomarin ‘nukleari’ ta’ Kim Jong Un

Il-pajjiżi tal-Asja jinsabu mħassbin wara li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un, waqt ċerimonja, żvela sottomarin ġdid li skont ir-reġim fi Pyongyang kapaċi jkun mgħammar bl-armamenti nukleari. Dan meta li l-Korea komunista insistiet li l-kapaċitajiet għal deterrent nukleari ħadu spinta ‘il quddiem grazzi għas-sottomarin Kim Kun Ok, imsemmi għal uffiċjal navali storiku Korean.

Il-Korea komunista ilha tinsisti għal dan it-tip ta’ sottomarin, li jista’ jintuża għal attakk fuq livell nukleari. Fil-fatt, l-osservaturi kienu ilhom iwissu lill-Punent li s-sottomarin  kien tragward ewlieni għar-reġim ta’ Kim Jong Un.

Fl-aħħar sigħat, il-media fil-Korea ta’ Fuq ħarġet ir-ritratti ta’ Kim Jong Un, akkumpanjat mill-uffiċjali navali, waqt li qed jispezzjonaw sottomarin enormi f’tarzna li l-lokalità tagħha ma kenitx identifikata. Kim kien ikkwotat li s-sottomarin għandu jkun fost l-aktar mezzi effettivi għal ‘offensiva taħt il-baħar’ – bil-kumment qed ikompli jinkwieta lill-Istati ġirien tal-Korea ta’ Fuq.