Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Ir-Rwanda: Arrestawh talli ma ħallasx il-kera…u saru jafu li kienu qabdu ‘serial killer’

Il-Pulizija fir-Rwanda qed iżżomm raġel ta’ 34 sena suspettat bħala serial killer li qatel ‘il fuq minn għaxar persuni – bil-vittmi jispiċċaw midfuna kollha taħt il-kċina tad-dar tiegħu.

L-awtoritajiet intebħu bil-każ xokkanti wara li r-raġel spiċċa mkeċċi mir-residenza li kien qed jikri f’subborg tal-kapitali Kigali u wara li hu kien dam ix-xhur ma jħallasx il-kera lill-proprjetarji.

Sal-ħin li morna għall-istampa ma kienu tressqu l-ebda akkużi formali fil-konfront tas-suspettat li anki prova jirreżisti lill-pulizija li marru biex jarrestawh.

Hu, wara, ammetta li ‘kien qatel lil xi nies’ u meta fost il-vittmi tiegħu hemm numru ta’ irġiel u nisa prostituti. Il-poplu ta’ dan il-pajjiż Afrikan, intant,qed isegwi l-iżviluppi b’attenzjoni kbira peress li hu rari ħafna li r-Rwanda tiffaċċja każ ta’ serial killer fi ħdanha.