Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Kważi sagħtejn biex jaslu d-dar mill-iskola minħabba li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma jridx vannijiet 8 seater

Għal grupp ta’ tfal mill-Baħrija, il-vjaġġ lejn l-iskola sar kważi martirju – tant li dawn, din is-sena, qed jispiċċaw jitilqu mid-dar għall-ħabta tas-6:30am u jaslu lura fl-4pm.

Ġenituri li tkellmu ma’ Net News qalulna li t-tfal tagħhom (li jattendu skola tal-knisja) qed jispiċċaw jinġabru ma’ tfal oħra minn lokalitajiet varji. U dan huwa kollu frott tad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jawtorizzax l-użu ta’ vannijiet 8 seater.

Fil-fatt, din is-sena l-Gvern qed jawtorizza biss il-vannijiet 19 seater għall-iskema ta’ trasport b’xejn.

Minħabba f’hekk, it-tfal tal-Baħrija qed ikollhom jgħaddu minn Ħal Qormi u s-Siġġiewi qabel jaslu lura d-dar tard wara nofsinhar. Fil-fatt, vann partikolari qed jgħamel rotta li tibda mill-Birgu, lejn Ħaż-Żabbar, u tkompli lejn Ħal Qormi, is-Siġġiewi, ir-Rabat, il-Baħrija u Binġemma.