Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

L-Arġentina tibda bid-difiża tat-titlu mondjali b’konfront kontra l-Ekwador

F’Eziza, fil-provinċja tal-Belt Kapitali tal-Arġentina, Buenos Aires, iċ-champions tad-dinja immexxija fil-pitch mill-leġendarju tal-futbol dinji, Lionel Messi jinsabu lura għat-taħriġ flimkien, din id-darba lejliet il-bidu tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li jmiss, dik tal-2026.

B’hekk minn nhar il-Ġimgħa li ġej, meta l-Arġentina tilgħab l-ewwel logħba mill-fażi twila ta’ kwaifilazzjoni għat-Tazza tad-Dinja għall-pajjiżi tal-Amerika t’Isfel, se tkun qed tibda uffiċjalment id-difiża għat-titlu mondjali, mirbuħ f’Diċembru li għadda taħt it-tmexxija teknika ta’ Lionel Scaloni.

Fost il-plejers li qed jippreparaw għall-ewwel partita minn din il-kompetizzjoni f’stadju ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Ecuador, hemm Messi ta’ 36 sena għadu membri integrali minn din l-iskwadra nazzjonali, wara li sal-llum diġa’ lagħab 175 partita għall-Arġentina u li matulhom skorja 103 gowls.