Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

L-Olanda: Omiċidju tripplu waqt l-isparaturi f’Rotterdam

Il-Pulizija f’Rotterdam arrestat lil raġel armat li kien qatel tliet persuni waqt żewġ sparaturi separati f’din il-belt.

L-ewwel rapporti qalu li l-aggressur, li għandu 32 sena, fetaħ in-nar waqt li kien f’residenza li wara ngħatat in-nar mill-istess raġel.

L-aggressur imbagħad wettaq attakk ieħor fiċ-Ċentru Mediku ta’ Erasmus, ukoll f’Rotterdam, u wara sar magħruf li hu kien student li jattendi l-Università ta’ Erasmus affiljata mal-isptar.

Il-vittmi tal-ewwel sparatura huma mara ta’ 40 sena u bintha ta’ 14-il sena. It-tielet vittma hu għalliem ta’ 43 sena li tilef ħajtu waqt konfront, fl-isptar, mal-aggressur.

Ħarġu wkoll filmati ta’ raġel immanettjat waqt li qed jitmexxa ‘il hinn mill-isptar — bil-mottiv għall-attakki qattiela għadu mhux magħruf.