Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

MaltaPost tirbaħ il-premju “Most Beautiful SEPAC Stamp 2022”

MaltaPost bħala membru tas-“Small European Postal Administrations Cooperation” (SEPAC) rebħet l-ewwel post bħala l-“Most Beautiful SEPAC Stamp 2022”.

Kull sena, il-membri tas-SEPAC iniedu ħarġa konġunta ta’ bolli b’tema komuni. It-tema prinċipali għall-ħarġa tas-SEPAC tal-2022, kienet “Xorb Lokali” bil-bolla maħruġa mill-MaltaPost turi flixkun tal-Kinnie, b’dehra retro, jidher fuq sfond ikkulurit b’ħafna dgħajjes tal-luzzu, xatt tipiku ta’ villaġġ Malti u l-koppla u l-kampnari ta’ knisja barokka. 

Id-disinn tal-bolla rebbieħa kien xogħol l-artist lokali Daniel Spiteri, li jifforma parti mit-tim tal-marketing tal-MaltaPost.