Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Mandat ta’ arrest għal Mohamed Bin Hammam

Maġistrat f’Pariġi ħareġ mandat ta’ arrest internazzjonali għall-eks kap tal-futbol Asjatiku Mohamed Bin Hammam fuq suspett ta’ korruzzjoni b’rabta mal-għoti tat-Tazza tad-Dinja tal-2022 lill-Qatar.

Skont rapport fil-ġurnal tal-isport L’Equipe, il-mandat ta’ arrest inħareġ fit-22 ta’ Ġunju wara li Mohamed Bin Hammam naqas milli jwieġeb għal diversi talbiet biex jidher quddiem il-maġistrat inkwirenti. Bin Hammam, eks president tal-Konfederazzjoni tal-Futbol Asjatiku (AFC), li huwa akkużat b’korruzzjoni b’rabta mal-għoti tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol lill-Qatar ġie pprojbit għal għomru mill-futbol wara akkużi ta’ korruzzjoni u kunflitti ta’ interess.

Dan wara investigazzjoni fl-2019, fuq ir-rwol li kellu Bin Hammam fid-decizjoni ta’ Reynald Temarii, eks-president tal-Konfederazzjonali tal-Futbol tal-Oċeanja lejlet il-vot u għażla tal-Qatar.

Il-Qatar rebħu l-aħħar rawnd tal-votazzjoni 14-8 kontra l-Istati Uniti. Il-maġistrati finanzjarji qed jaraw ukoll jekk Michel Platini, li dak iż-żmien kien il-kap tal-UEFA, biegħx il-vot tiegħu.