Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Spanja b’rebħa komda fuq Georgia, Portugall jegħlbu lil Slovakja f’konfront missielet

Spanja għelbu lil Georgia b’skor komdu ta’ 7-1 fil-Boris Paichadze Stadium biex b’hekk telgħu fit-tieni post ta’ Grupp A.

Hattrick tal-attakkant ta’ Atletico Madrid Alvaro Morata kif ukoll gowls għal Dani Olmo, Nico Williams u d-debuttant ta’ biss 16-il sena Lamine Yamal, kif ukoll auto-gowl tad-difensur Solomon Kvirkvelia kienu l-gowls skorjati għall-Ispanjoli. Il-gowl ta’ Georgia kien skorjat minn Giorgi Chakvetadze.

Permezz tal-gowl tiegħu Lamine Yamal sar l-iżgħar plejer li qatt skurja għat-tim Nazzjonali Spanjol, bl-eta’ ta’ 16-il sena.

Il-Portugall għelbu lil Slovakja f’Grupp J bl-iskor minimu ta’ 1-0. Il-gowl tar-rebħa wasal ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ konklużjoni ta’ Bruno Fernandes.

Tlett gowls fl-ewwel taqsima taw ir-rebħa lil-Iskoċċiżi fil-konfront tagħhom kontra Ċipru f’Grupp A. Il-midfielder ta’ Manchester United Scott McTominay fetaħ l-iskor wara 8 minuti logħob.

Ryan Porteous irduppja l-iskow wara għaxar minuti, b’ John McGinn jiskorja l-aħħar gowl tal-partita u jagħti vantaġġ tajjeb lill-pajjiżu wara nofsija logħob.

Rebħa importanti fil-vjaġġ għall-kwalifikazzjoni għall-Kroazja bl-iskor ta’ 5-0 kontra l-Latvja. Żewġ gowls mid-difensur ċentrali Bruno Petkovic u ieħor ta’ Luka Ivanusec fl-ewwel taqsima taw vantaġġ tajjeb wara tlett kwart logħob għall-Kroati. Gowls ta’ Andrey Kramaric u Marko Pasalic fit-tieni taqsima ssiġillaw ir-rebħa.

Parità ta’ 1-1 bejn it-Turkija u Armenja, b’ Artak Dashyan jiftaħ l-iskor l-ewwel għall-Armenia u Ibrahim Yildrim jikseb id-draw ftit minuti qabel l-aħħar suffara.

Bosnja u Ħerzegovina kisbu rebħa minima kontra Liechtenstein ta’ 2-1. Edin Dzeko u Simon Luchinger skorjaw għall-Bosnja, waqt li Fabio Wolfinger skorja għal Liechtenstein.

Il-Lussemburgu kisbu rebħa sorprendenti fuq L-Iżlanda ta’ 3-1.

Maxime Chanot, Borges Sanches u Danel Sinani skorjaw għal-Lussemburgu, waqt li Harald Haraldsson skorja għall-Iżlanda

RIŻULTATI U LOGĦOB LI JMISS:

Illum
Grupp A
Georgia v Spanja 1-7
Ċipru v Skozja 0-3
Grupp D
Kroazja v Latvja 5-0
Turkija v Armenja 1-1
Grupp J
Bożnija/Ħerzegovina v Liechtenstein 2-1
Lussemburgu v Iżlanda 3-1
Slovakja v Portugall 0-1


Għada
Grupp C


Grupp F


Grupp I