Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Table Tennis: Rachel Mifsud tingħaqad u tiddebutta mal-Franċiżi ta’ Stade Clermontois Tennisdetable

Rachel Mifsud, li sal-istaġun li għadda kienet tilgħab ma’ Alpha TTK ingħaqdet ma’ Stade Clermontois Tennisdetable fi Franza għall-istaġun 2023/24.

Mifsud se tkun qed tgħix fi Franza filwaqt li titħarreġ full-time u tikkompeti fil-Kampjonat u kompetizzjonijiet oħra mat-tim Franċiż.

Nhar is-Sibt li għadda, Mifsud iddebbutat fi Franza fejn fil-kategorija tas-singles rebħet żewġ logħbiet (3-1, 3-0) u sofriet telfa waħda (2-3).

Fid-doubles Rachel Mifsud flimkien ma’ Maxim Audic għelbu lill-avversarji tagħhom 3-1

Bħala tim, Stade Clermontois Tennisdetable rebħu 11-3 kontra TT Castelpontin 2.

Ta’ min jgħid li Rachel Mifsud hija l-aktar plejer fit-tim tagħha li tinsab ‘il fuq fir-rankings, b’1,300 punt.