Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Tieġ li nbidel f’infern; Mill-inqas 100 persuna mejta u għexieren feriti wara nar li ħakem sala tat-tiġijiet

Mill-inqas 100 persuna tilfet ħajjitha u madwar 150 persuna oħra qed isofru minn xi ġrieħi wara li nar ħakem tieġ li kien qed isir f’Iraq.

Mhux magħruf x’wassal għal dan in-nar iżda rapporti qed jgħidu li n-nar beda jinxtered mal-mument li bdew tilgħajn il-murtali.

Mhux magħruf lanqas jekk il-miżżewġin humiex fost dawk li tilfu ħajjithom hekk kif għexieren ma rnexxilhomx joħorġu mill-binja fil-ħin tant li spiċċaw inqabdu fis-sala fejn in-nar kien qed jinxtered b’rata mgħaġġla.

Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien, b’periklu kbir għalihom ukoll hekk kif parti mis-saqaf saħansitra waqa’ u spiċċa fix-xejn. Jidher li parti mill-bini kien magħmul minn pannelli magħrufa li huma sensittivi għan-nar u b’hekk dawn setgħu għenu biex in-nar jinfirex iktar malajr.

Wara li ġie kkontrollat in-nar bdiet tfittxija għan-nies li setgħu salvaw min-nirien sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.