Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Tmien snin ħabs għal Brażiljan li mporta tliet kilos cannabis

Pedro Augusto Charret ta’ 32 sena ċittadin Brażiljan ġie kkundannat tmien snin ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri li sentejn ilu mporta f’Malta tliet kilogrammi cannabis. Ir-raġel kien arrestat fl-ajruport ta’ Malta il-Ħadd, 27 ta’ Ġunju, 2021 wara li uffiċjali tad-dwana kienu sabulu d-droga fil-bagalja. tiegħu.

Charret, li kien qed jivvjaġġa lejn Malta minn Barċellona, ​​twaqqaf mal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u kellu l-bagalji ċċekkjati. Uffiċjali tal-ajruport skoprew kompartiment moħbi ġewwa l-bagalja tiegħu, ippakkjata b’sustanza ħadra suspettuża li wara rriżulta li kienet ħaxixa tal-cannabis.

Il-pulizija kienet issejħet fuq il-post u s-suspettat ittieħdet arrestat. Ir-raġel kien ġie skortat il-Qorti u jumejn wara, wieġeb mhux ħati tal-importazzjoni u l-pussess tad-droga taħt ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx maħsuba biss għall-użu personali.

L-Ispettur Steven Ryan Micallef kien ressaq lil Charret li kellu jgħaddi ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Minbarra tmien snin ħabs hu kien immultat €25,000. L-Imħallef Scerri Herrera ordnat ukoll il-konfiska tal-assi mobbli u immobbli tiegħu.

Il-Qorti qieset diversi fatturi meta wasslet għall-piena anke l-fatt li huwa ammetta l-akkużi mi’jubin kontrih. Xhieda ta’ Dr Godwin Sammut, espert tal-Qorti li esebixxa r-rapport tiegħu quddiem il-Qorti ta’
Maġistrati bħala Qorti ta’ Inkjesta Kriminali, kien ikkonkluda li s-sustanza hija tetrahydrocannabinol, bil-piż totali tal-blanzuni ħodor kien tliet kilos u l-purità ta’ THC kienet ta’ madwar 22%.

Il-Qorti ordnat ukoll ordnat ukoll il-qerda tal-oġġetti kollha esebiti fil-Qorti, li jikkonsistu fil- drogi perikolużi jew oġġetti relatati mal-abbuż tad-drogi, liema qerda għandha tkun mwettqa mill-Assistent Reġistratur tal-Qorti Kriminali, taħt id-diret superviżjoni tad-Deputat Reġistratur ta’ din il-Qorti li jkun marbut li jirrapporta f’kitba lil din il-Qorti meta din il-qerda tkun tlestiet, kemm-il darba l-Avukat
Ġeneral jippreżenta nota fi 15-il jum li jiddikjara li l-imsemmija drogi huma meħtieġa bħala evidenza kontra terzi persuni.