Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

“Trid tintrefa’ r-responsabbiltà politika wara konferma tan-nuqqasijiet kbar minn Robert Abela u sħabu” – PN

Il-Gvern ta’ Robert Abela issa ammetta li hemm ħtieġa ta’ investigazzjoni interna għala u kif ġew aċċettati applikazzjonijiet għall-Assistenza għal Diżabbiltà Severa minn persuni li allegatament ma kinux medikament eleġibbli. Konferma tan-nuqqasijiet kbar ta’ Robert Abela u sħabu u trid tintrefa’ r-responsabbiltà politika.

Dan qalu l-Kelliem għall-Politika Soċjali, David Agius, fejn kompla li l-Partit Nazzjonalista jilqa’ t-twaqqif ta bord independenti  kompost minn tliet membri sabiex jevalwa l-proċess ta’ kif jiġi approvat l-għoti tal-Benefiċċju għal Diżabbilità Severa.

Il-Partit Nazzjonalista iżda jistaqsi, jekk il-Gvern li ilu aktar minn sentejn jaf bl-iskandlu, għala kellu jistenna s’issa biex jagħmel dan? Qed jagħmel dan għax ħarġet fil-pubbliku u mhux għax ġenwinament jemmen fiha.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li dan il-bord għandu jwieġeb lill-Parlament kollu u mhux lill-Ministru. Dan il-bord għandu wkoll jipproponi t-tibdil neċessarju fil-liġijiet ta’ pajjiżna biex minn verament ħaqqu li jieħu benefiċċju ma jispiċċax tallab.