Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

US Open: Finali bejn Daniil Medvedev u Novak Djokovic

Coco Gauff tirbaħ il-finali tan-nisa

Il-finali tal-US Open tal-irġiel għal din is-sena se tkun qed tintlagħab bejn Daniil Medvedev u Novak Djokovic.

Fis-semi-finali ta’ dan il-Grand Slam fi New York, iċ-champion fl-aħħar edizzjoni ta’ dan it-turnament Carlos Alcaraz, tilef kontra Medvedev 7-6 (7-3) 6-1 3-6 6-3 biex b’hekk il-plejer bl-għola seeding fost kulħadd f’din il-kompetizzjoni kien eliminat.

Dan ir-riżultat fisser ukoll li mhux se jkolna ripettizjoni tal-finali li ntlagħbet ftit tal-ġimgħat ilu meta fil-Grand Slam ta’ Wimbledon, il-finali kienet bejn Alcaraz u Djokovic.

Ir-Russu, Medvedev kien kapaċi jassorbi l-għola pressjoni f’din is-semi-finali kontra Alcaraz u quddiem 24,000 spettatur, is-seed numru tlieta ħareġ rebbieħ f’logħba li ħalliet lil kulħadd fuq ix-xwiek sal-aħħar.

Intant fit-tieni semi-finali, f’Arthur Ashe Stadium, Djokovic għeleb lill-Amerikan Ben Shelton. It-tennista Serb kellu jissielet mhux ftit kontra dan iż-żagħżugħ ta’ 20 sena b’riżultat ta’ 6-3, 6-2, 7-6. Djokovic se jilgħab l-għaxar finali tal-US Open fil-karriera tiegħu.

Intant, fil-finali tan-nisa Coco Gauff għelbet lil Aryna Sabalenka 2:6, 6:3, 6:2 biex rebħet l-ewwel Grand Slam fil-karriera.

Ritratt: EPA