Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Wirja kollettiva tal-arti, ‘Rottarti’ fid-Dar Ċentrali tal-PN

Wara 12-il sena, se tkun qed terġa tittella wirja kollettiva ta’ arti, bl-isem ta’ Rottarti.

Din l-esebizzjoni, li ssir fl-okkażjoni tal-Indipendenza ta’ Malta, tiġbor diversi biċċiet artistiċi li jinkludu, pittura, ċeramika, skultura ta’ injam, lavur u fotografija.

Stefan Caruana, il-kuratur tal-wirja spjega ma’ NetNews kif il-wirja li se tkun qed titellà fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, qed issir bil-għan li jintwerew l-interpretazzjonijiet kreattivi, kemm ta’ artisti lokali kif ukoll internazzjonali. Dan hekk kif ġew ispirati mill-kultura Maltija.

Madanakollu, din il-wirja, li tiġbor ix-xogħol ta’ kważi sebgħin artist, se tkun qed tinkludi ukoll kollezzjonijiet privati ta’ arti fost l-oħrajn. Wieħed mill-membri tal-Bord ta’ Rottarti Richard Muscat, li wkoll hu l-President tal-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi, semma l-importanza tal-artisti fi ħdan din il-wirja.

Intant, fil-ġimgħat li ġejjin meta se tkun miftuħa l-esebizzjoni, se jsiru żewġ preżentazzjonijiet; fis-16 ta’ Settembru, fil-Gallerija tal-iskultura ta’ Amelia St George il-Belt Valletta, u fit-23 ta’ Settembru b’esebizzjoni ta’ arti tal-artist Taljan, Gero Urso, b’Amelia tappella lil kull persuna biex iżżur l-esebizzjonijiet tal-arti.

Il-wirja, se tkun qed tinfetaħ għall-pubbliku fil-15 ta’ Settembru u tibqa’ miftuħa sal-ewwel ta’ Ottubru li ġej.