Illum kulħadd hu mistieden jingħaqad mal-PN fil-maratona ġbir ta’ fondi

Ejjew żuruna, iddiskutu magħna u għajnuna bl-aħjar mod li tistgħu – Michael Piccinino, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-PN jemmen fil-ġenerożità tal-poplu li jagħti mill-qalb għall-ġlieda u l-ħidma li qiegħed jagħmel il-PN biex ikun jista’ jwassal il-messaġġ bl-aktar mod effettiv possibbli.

“Il-Partit Nazzjonalista se jkompli għaddej bil-ħidma sfieqa tiegħu – dik li jwassal messaġġ effettiv lill-poplu Malti u Għawdxi li jixraqlu ħajja aħjar f’pajjiżna; li jixraqlu jgħix f’pajjiż fejn ikollu s-serħan tal-moħħ u mhux it-taqtigħ tal-qalb.

“Hu għalhekk li għal darba oħra l-Partit Nazzjonalista llum se jkun qiegħed jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi biex bis-sehem ta’ kulħadd inkomplu naħdmu u nwasslu l-viżjoni u l-messaġġ tagħna, filwaqt li nikxfu l-inganni ta’ Robert Abela u l-Gvern tiegħu li mhux veru għandhom għal qalbhom il-veru interessi ġenwini tal-Maltin u l-Għawdxin.

“Għalhekk l-istedina hi għal kulħadd – ejjew illum bi ħġarkom id-Dar Ċentrali biex iżżuruna u tiltaqgħu magħna. Biex flimkien nitkellmu għaliex pajjiżna jixraqlu futur aħjar; għaliex aħna lkoll jixirqilna futur aktar san; u għaliex lil uliedna nixtiquhom jibqgħu jgħixu f’artna u mhux jitbiegħdu minna minħabba Gvern li fid-deċiżjonijiet tiegħu jispikkaw ir-rovina ambjentali ta’ pajjiżna, il-polarizzazzjoni u d-diskriminazzjoni, l-għoli tal-ħajja, il-qtugħ tad-dawl, it-telqa u l-iskart kullimkien, it-traffiku tal-biża’ u l-popolazzjoni esaġerata li hawn madwarna.”

Dan il-messaġġ effettivament qawwi tennieh Michael Piccinino, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, meta f’dawn il-jiem tkellimt miegħu mhux biss dwar il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-PN li se tkun qegħda tiġi organizzata llum, imma anki dwar il-festi tal-Indipendenza li għadhom kif kienu organizzati mill-PN biex kien ċelebrat id-59 anniversarju minn dik il-ġrajja storika.

Hu qal li l-attivitajiet organizzati mill-PN fl-okkażjoni tal-festi tal-Indipendenza wrew li l-PN hu viċin tan-nies u li kapaċi jwassal il-vuċi tiegħu, aktar u aktar issa li resqin lejn l-elezzjonijiet ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla fejn il-PN hu determinat li jagħmel kampanja serja kemm fuq livell ta’ Parlament Ewropew u anki fuq livell ta’ Kunsilli Lokali.

Fil-fatt il-PN diġà approva seba’ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u mal-mitejn kandidat għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Hu qal li meta hu jħares lura lejn dawn l-attivitajiet li organizza l-PN b’rabta mal-festi tal-Indipendenza, jislet diversi punti pożittivi kemm fuq livell ta’ organizzazzjoni kif ukoll fuq livell ta’ parteċipazzjoni min-nies li attendew bi ħġarhom għat-tlett ijiem tal-attivitajiet li laħqu l-qofol tagħhom bil-mass meeting indirizzat mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

L-organizzazzjoni għal dawn l-attivitajiet kienet ilha għaddejja bosta xhur u l-PN ried li jagħmel l-almu tiegħu biex jilħaq firxa kbira ta’ nies. Dawn l-attivitajiet servew biex għall-ewwel darba wara numru ta’ snin, firxa kbira ta’ nies inġabret flimkien biex tiċċelebra din il-ġrajja storika; ċelebrazzjoni li saret fl-isfond ta’ diskussjonijiet politiċi iżda anki fl-ambitu ta’ attivitajiet ta’ divertiment. Kien organizzat ukoll il-Festival Kanzunetta Indipendenza, ir-Rotta tal-Arti u anki attivitajiet sportivi.

Kienu ljieli sajfin sbieħ li fihom il-PN wassal b’suċċess il-messaġġ politiku bl-aktar mod effettiv u sabiħ… esperjenza li fil-verità kienet ilha ma tinħass. Bir-raġun kollu li t-Tmexxija tal-PN tkun kburija u kuntenta għal dawn il-miri milħuqa iżda l-ħidma se tkompli u se tiżdied biex il-PN jissokta jkun viċin il-poplu b’aktar attivitajiet u skont ma jkun meħtieġ mill-pajjiż.

Michael Piccinino kompla li forsi kien hemm min kien xi ftit xettiku għall-fatt li l-pjazza magħżula għal dawn l-attivitajiet kienet Pjazza Tritoni li hi waħda kbira. Iżda grazzi għall-ħidma li saret minn ħafna, dawn l-attivitajiet irnexxew u wriet ukoll li l-PN għadu partit b’saħħtu u għadu kapaċi jwassal il-messaġġ b’mod qawwi.

Mistoqsi dwar jekk żmien l-attivitajiet tal-massa spiċċawx jew għaddiex żmienhom, is-Segretarju Ġenerali tal-PN qal li hu jemmen li hemm żmien għal kollox u waqt għal kollox. L-attivitajiet tal-Indipendenza wrew li l-poplu għadu jixtieq li dakinhar joħroġ fit-toroq u jiċċelebra b’mod kollettiv din il-ġrajja storika. Iva hu sabiħ ħafna li d-Deputati, il-Kandidati u l-uffiċjali tal-Partit iħeġġu lin-nies biex jiċċelebraw flimkien dan il-jum storiku… apparti mill-importanza tal-kuntatt dirett man-nies li hu ferm importanti.

Mistoqsi dwar id-diskors tiegħu dakinhar tal-mass meeting, Michael Piccinoni qal li hu jemmen li l-PN għandu jkompli jibni lilu nnifsu biex tassew ikun gvern alternattiv u xieraq mhux biss għal pajjiżna, iżda wkoll għall-poplu Malti u Għawdxi li jixirqilhom l-aqwa u l-aħjar. Hu għalhekk li l-PN qiegħed jaħdem biex ikompli jsaħħaħ lilu nnifsu u jkompli jieħu dawk l-inizjattivi li jkun hemm bżonn biex dan il-Gvern ma jkomplix jirrombla fuq il-Maltin u l-Għawdxin.

Fil-fatt fil-jiem li ġejjin il-PN se jkun qiegħed iniedi l-viżjoni ekonomika għal pajjiżna. Il-PN jaf x’inhi t-triq ’il quddiem għal pajjiżna u għalhekk qiegħed jitkellem dwar liema toroq għandu jaqbad jekk tassew irid li l-poplu jkun fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni politika li tittieħed.

Meta pajjiżna kien għaddej minn kriżi tal-provista tal-elettriku, il-PN tkellem u offra s-soluzzjonijiet. Meta kien għaddej minn kriżi dwar il-ġbir tal-iskart u t-telqa f’pajjiżna, il-PN tkellem u offra viżjoni biex l-affarijiet jitjiebu. Quddiem il-problema serja tal-għoli tal-ħajja, filwaqt li l-Ministru tal-Finanzi ammetta li ma jista’ jagħmel xejn aktar, il-PN fassal politika b’għadd ta’ proposti konkreti biex is-sitwazzjoni tkun kontrollata.

Fi ftit kliem, kompla Michael Piccinino, il-PN qiegħed ikun ċar fil-politika tiegħu u qiegħed jindika liema huma dawk it-toroq li pajjiżna għandu jaqbad kemm-il darba tassew wieħed irid l-aqwa u l-aħjar għall-poplu.

Mistoqsi dwar il-problema finanzjarja biex jitwassal il-messaġġ fil-konfront ta’ Gvern li m’għandu l-ebda problema ta’ finanzi għax juża flus mit-taxxi tagħna biex iwasal il-messaġġ tal-Partit Laburista, Michael Piccinino spjega li hu minnu li l-PN għandu limitazzjonijiet finanzjarji kbar filwaqt li l-Gvern ta’ Robert Abela għandu bir bla qiegħ biex jonfoq kemm irid biex iwassal il-messaġġ tiegħu – xi ħaġa li se terġa’ tkun ripetuta fil-Baġit li ġej fejn il-Gvern ta’ Robert Abela mhu se jiddejjaq xejn milli jonfoq ammonti kbar ta’ flus biex jipprova jimmanipula l-opinjoni pubblika skont l-aġenda tiegħu.

Iżda l-PN mhux se jaqta’ qalbu u se jissokta jaħdem bla heda biex iwassal il-messaġġ tiegħu. Il-PN jemmen fil-ġenerożità tal-poplu li jagħti mill-qalb għall-ġlieda u l-ħidma li qiegħed jagħmel il-PN biex ikun jista’ jwassal il-messaġġ tiegħu bl-aktar mod effettiv possibbli.

Il-PN mhux se jaqta’ qalbu li l-Gvern ta’ Robert Abela ħataf lill-istazzjon Nazzjonali u li jipprova jixtri midja oħra grazzi għar-reklamar. Il-PN se jkompli jkun viċin tan-nies u se jagħmel ħiltu kollha biex jaħdem u jwassal il-vuċi tiegħu… grazzi wkoll għall-iskeda li l-istazzjonijiet tal-PN se jkunu qegħdin jimbarkaw fuqha minn għada.

Il-PN se jibqa’ jinvesti b’kull mod possibbli dment li hemm tħabbat il-qalb tal-partitarji li jixtiequ jkomplu jaraw lill-PN jissokta jikber u jissaħħaħ, temm Michael Piccinino.


Football news:

<!DOCTYPE html>
Kane on Tuchel: A wonderful man, full of ideas. Thomas in person says what he thinks
Zarema about Kuziaev's 350,000 euros a year in Le Havre: Translate it into rubles - it's not that little. It is commendable that he left
Aleksandr Mostovoy on Wendel: Two months of walking around in the middle of nowhere and then coming back and dragging the team - that's top level
Sheffield United have bought Euro U21 champion Archer from Aston Villa for £18.5million
Alexander Medvedev on SKA: Without Gazprom, there would be no Zenit titles. There is a winning wave in the city. The next victory in the Gagarin Cup will be in the spring
Smolnikov ended his career at the age of 35. He became the Russian champion three times with Zenit

21:30 Dortmund defeat Newcastle to blow group wide open
21:20 PSG outclass Milan to get back on track in Champions League
20:58 PSG b’rebħa fuq Milan…Newcastle megħluba minn Borussia Dortmund
19:40 Italy's Bullitt announced as overall winner of the Rolex Middle Sea Race
19:19 Lopez runs show as Barcelona beat Shakhtar to keep perfect record
18:48 Israel facing growing pressure over Gaza ground operation plans
17:57 Il-Bord ta’ Enemalta jaħtar ċermen eżekuttiv ġdid
17:43 Chamber of Advocates hits out at Abela for implying PN 'plays home' in court
17:33 Chamber of Advocates: Parliamentary declarations suggesting favouritism by the courts ‘undermine trust’
17:02 Government will shield country from shocks in energy prices, PM tells EY conference
16:56 Gaza hospitals in crisis as Israel-Hamas conflict rages on
16:54 Minimum wage to increase every year for next four years
16:40 Il-PN determinat li jaħdem biex is-saħħa tkun waħda ta’ eċċellenza għall-poplu
16:39 Enemalta appoints new executive chairman
16:37 Chris Fearne says 'things were done behind my back' in hospitals deal
16:32 [WATCH] Minimum wage set to increase gradually over the next four years
16:32 Iż-żgħażagħ għandhom ikunu inkoraġġiti jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali
15:59 Stati Uniti: Miet Richard Roundtree, il-protagonista tal-films ‘Shaft’
15:51 L-Italja: Jitneħħa minn preżentatur ta’ Diario del Giorno wara kummenti li embarazzaw lill-Prim Ministru
15:51 SKANDLU SPTARIJIET: Abela jibqa’ ma jġorr ebda responsabbiltà
15:49 Government releases White Paper for Condominium Act Reform
15:47 Il-Messiku: Poplu fuq allert għall-Uragan ‘Otis’
15:42 FIAU: Suspicious transaction reports up 19% in 2022
15:42 Il-Gwerra fil-Lvant Nofsani: Kapijiet tal-Ħamas immarkati għall-mewt wara l-massakri tal-familji
15:34 Fact-check: Disinformation about the Gaza hospital bombing
15:30 Everton face 12-point penalty for financial breaches: report
15:28 Il-korruzzjoni tal-isptarijiet ma tinkoraġġix liż-żgħażagħ jidħlu fil-politika
15:26 Police sergeant charged over false report against ex
15:26 Police sergeant charged with falsely claiming her ex showed their child porn
15:22 “Flimkien biss nistgħu noħolqu nazzjon li kulħadd jista’ jkun kburi bih” – Bernard Grech
15:21 Surġent mixlija li ffabrikat rapport fuq l-eks partner tagħha meta qalet li wera filmat pornografiku lil binthom minn fuq il-mobile
15:07 Abela: We will continue to shield the economy from shock energy prices
15:00 Ma setax ikun li Chirs Fearne ma kien jaf xejn dwar l-isptarijiet … għax iddikjara li Steward kienu ‘the right deal’
14:56 Paola Primary parents protest 'broken bones' and leaky ceilings at school
14:54 FIAU issued €3.3m in fines last year
14:46 Kunċert li jiċċelebra l-ħajja ta’ Raymond Mahoney
14:44 Fearne on hospitals deal: ‘Things happened behind my back, but today I have full visibility’
14:37 Kien hemm affarijiet li saru minn wara dahri fl-isptarijiet
14:10 Spain seizes over 8 tonnes of hashish in Ibiza
14:00 Arteta 'worried' after Jesus injury mars superb display
12:24 Yorgen Fenech to get second chance at kicking Arnaud off Caruana Galizia murder case
10:45 Ambassador expects Malta to do more in support of Palestinian cause
11:34 [WATCH] Grech accuses ‘desperate for votes’ government of providing a ‘license to kill’
11:30 Issir it-tielet edizzjoni tat-tour tal-karozzi klassiċi
11:24 Designing your dream kitchen
11:18 Anthea Cutajar b’debutt mill-aqwa fil-kampjonat Franċiż tat-table tennis
10:57 'License to kill': Grech says TM racket shows government willing to risk lives
10:57 'Licence to kill': Grech says TM racket shows government willing to risk lives
10:49 Driving tests fraud: ADPD unites with civil society in demanding Ian Borg's resignation
10:45 Man held in custody after 2 kilos of heroin were found in his washing machine
10:41 History: Civilian administrators of Malta under British rule
10:23 MAPFRE contributing to UN’s 2023 Agenda
10:19 Prime Minister vows ‘seamless transition’ to new Air Malta
10:12 Showcasing the landscapes of Pawl Carbonaro
10:04 Abela sticks neck out for Ian Borg, customer care officials over driving licence racket
10:04 [WATCH] Abela sticks neck out for Ian Borg, customer care officials over driving licence racket
10:00 Maternal and early childhood support for women's national team players
9:54 InterContinental Malta wins prestigious award at 30th Annual World Travel Awards
9:47 “Għandna Gvern li kollox jgħaddi għalih, bil-PN se jkompli jaħdem favur pajjiżna” – Bernard Grech
9:40 Students weave narratives into a tapestry of Albania
9:40 “X’se ngħidlu lil Ian Borg?” – Abela jiddefendi lill-Ministru wara li kienu żvelati ċ-chats
9:34 Driving license scandal: Ian Borg, customer care team just doing their job - PM
9:22 Zanzi Homes registers growth in franchise offices and sales
9:15 Who's who in the driving test scandal
9:09 Suċċess kbir għall-aħħar Rockestra taħt il-Presidenza tal-President George Vella
8:51 “Azzjoni issa – l-Ikliniżi ħaqqhom kwalità ta’ arja aħjar” – Kunsill Lokali Iklin
8:39 St Michael School staff on a study visit to Finland
8:31 European Week of Sport 2023
8:22 Dun Jesmond Grech jinħatar Chaplain ġdid għal Junior College
8:19 Turkey says 'terrorist attack' took place in Ankara
8:17 Dun Jean Cluade jinħatar bħalha Direttur Nazzjonali tal-Abbatini
8:12 Dun Aayrton Muscat jinħatar kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Pembroke
8:12 Spazju Kreattiv issues new season programme
8:12 APS Bank further elevates its CSR commitment with call for 2024 projects
8:07 Transforming Malta’s education landscape
8:02 MEPs tell governments to reverse omission of rape in violence against women Directive
7:38 Religious quotes and news – October 1, 2023
7:33 Calls for Ian Borg's resignation, anger as driving test racket is exposed
7:12 “Gvern li jpoġġik f’periklu fit-triq, basta jirbaħ il-vot” – PN
7:11 Driving test fraud: Labour ministers, aides flagged names to be passed by Transport Malta
7:05 Illum kulħadd hu mistieden jingħaqad mal-PN fil-maratona ġbir ta’ fondi
7:00 Deputati Laburisti infurjati għat-tberbiq bl-addoċċ ta’ Clayton Bartolo mill-MTA mit-taxxi tagħna
7:00 Local foreigners on clubs’ agenda as Maltese basketball season starts
6:58 “Korruzzjoni istituzzjonalizzata u kultura korrotta” – Repubblika
6:54 Jikber il-ġlied bejn ta’ Robert Abela u ta’ Miriam Dalli
6:52 Il-Gvern ta’ Robert Abela falla fin-negozjati mal-UE dwar l-Air Malta
6:37 Christian spirituality: Befriending our vulnerability
6:36 Bidu għal staġun ġdid bl-introduzzjoni tas-seba’ timfl-Ewwel Diviżjoni
6:02 Union wants to know why teachers are quitting classrooms
5:45 Editorial: It should be the end of the road
5:38 Il-Ministru Ian Borg allegatament involut direttament mal-iskandlu ta’ Transport Malta
5:38 Provi ġodda juru li l-Ministru Ian Borg involut direttament fl-iskandlu tal-liċenzjar tas-sewqan
5:36 From the Gospel: Who is being in sync?
5:30 Eurozone money supply records biggest drop in history
5:25 The sexual reckoning
5:20 Seizing the blue economy
5:10 Restoring the EU’s competitiveness
5:05 The next major scandal
5:00 Fulfilling the rights of older persons
5:00 Driving licence scandal: ‘I want to win his vote,' OPM official told Mansueto