Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Birkirkara jieħdu tliet punti grazzi għal gowl ta’ Ciolacu

Andrè Muscat

HIBS……………………….0

BIRKIRKARA…………..1

Hibs : I. Kone, F. Apap, K. Shaw, A. Attard (R. Bairam 70’), A. Hovhannisyan, J. Degabriele (G. Luiz Henrique 70’), B. Kristensen, Z. Grech (C. Bonanni 70’), S. Okoh (E. Pereira 83’), G. Bastianos, A. Antwi Rodney

Birkirkara : M. Zapytowski, D. Mariani, J. Pajovic, Y.Yankman, P. Mbong (A. Ciolacu 70’), K. Zammit, A. Satariano (O. Elouni 70’), N. Cross, S. Zibo, A. Diakite, M. Maia (A. Queirozde Jesus 59’)

Imwissija: B. Kristensen 43’ (H), F. Apap 62’ (H), P. Mbong 67’ (B),

Skorja: A.Ciolacu 80’ (B)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Duncan Sultana u James Muscat

BOV Plejer tal-Logħba: Yannick Yankam

Il-Mument  Plejer tal-logħba: Yannick Yankam

Fl-ewwel konfront tal-ġimgħa ġewwa l-Istadium Nazzjonali,  Birkirkara ħadu l-massimu tal-punti kontra Hibernians biex b’hekk wara dan il-konfront jinsabu b’punt vantaġġ fuq it-tim ta’ Raħal Ġdid.

Fid-9 minuta rajna lil Jurgen Degabriele jipprova xutt minn kważi nofs il-ground, wara li nduna li l-goalkeeper Kalkariż ma kienx f’postu, iżda Zapytowski laħaq wasal f’postu fil-ħin u ddevja x-xutt f’korner għal Pawlisti. L-Istripes jersqu viċin li jiżblukkaw ir-riżultat fis-26 minuta, meta minn nofs il-ground Yankam jitfa’ ballun fit-tul lejn Mbong, li wiċċ imb wiċċ ma’ Kone jiżbalja x-xutt tiegħu.

F’logħba litteralment nieqsa mill-azzjonijiet, b’ħafna logħob f’nofs il-ground it-timijiet rispettivi daħlu jistrieħu f’parita ta’ 0-0.

Il-partita kompliet tiżvolġi f’waħda b’movumenti f’nofs il-ground, iżda nieqsa mill-azzjonijiet lejn il-lasti, tant li fit-tieni taqsima kllna nistennew sat-72 minuta biex rajna azzjoni perikoluża lejn il-lasta. Kien ir-Rumen ta’ Hibs Bairam, li minn pożizzjoni angolata prova xutt fejn għeleb lill-goalkeeper Kalkariż iżda ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-wieqfa. Fit-80 minuta Birkirkara jmorru fil-vantaġġ meta Ciolacu b’xutt bid-dawra jħalli lil-Kone jħares lejn il-ballun dieħel fil-lasta.

Birkirkara għarfu jikkontrollaw il-logħba sal-aħħar, biex mat-tisfira finali ta’ Johnson, ħarġu mill-ground bit-3 punti u baqaw iżommu l-pass ma ta’ fuq fil-klassifika.

Bjorn Kristensen jipprova jinterċetta lil Nathan Cross ta’ Birkirkara (Ritratt: Josef Fitzpatrick)