Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Stati Uniti: Miet Richard Roundtree, il-protagonista tal-films ‘Shaft’

Miet l-attur veteran Richard Roundtree – famuż għas-sensiela tal-films ‘Shaft’ tas-snin sebgħin u li kienu fost l-ewwel ġeneri tal-films ta’ azzjoni bl-atturi suwied bħala protagonisti fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

Roundtree miet f’Los Angeles wara battalja qasira mal-kanċer u wara li kien ħalla impatt kbir fuq l-industrija tal-films fejn  jibqa’ imfakkar bħala ikona għal diversi atturi suwed tal-ġenerazzjonijiet sussegwenti.

Il-‘franchise’ ta’ Shaft jikkonsisti minn ħames feature films, inklużi ‘Shaft’, ‘Shaft’s Big Score’ u ‘Shaft in Africa’ flimkien ma’ seba’ produzzjonijiet għat-televiżjoni li bbażaw fuq familja ta’ detektivs tal-pulizija Afro-Amerikani bl-istess isem ta’ ‘John Shaft’.

Richard Roundtree anki deher f’diversi films oħra għaċ-ċinema bħal ‘Se7en’ u ‘Inchon’ kif ukoll f’ sensiliet televiżi bħal ‘Roots’, ‘The Fresh Prince of Bel-Air’ u ‘Desperate Housewives.’