Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Anthea Cutajar b’debutt mill-aqwa fil-kampjonat Franċiż tat-table tennis

Il-plejer tat-table tennis Anthea Cutajar spikkat fid-debutt tagħha fil-kampjonat Franċiż tat-table tennis tat-tieni diviżjoni ma’ Uljap Rocq hekk kif rebħet l-ewwel tliet logħbiet li lagħbet.

Cutajar, li għandha 18-il sena, ingħaqdet ma’ dan it-tim Franċiż fil-bidu ta’ dan l-istaġun u diġa’ bdiet turi l-potenzjal tagħha.

Uljap Rocq irnexxielhom jegħlbu lil Montjean Laval FA 8-3 b’Cutajar tkun protagonista fir-rebħa tat-tim tagħha.

Cutajar rebħet il-logħbiet individwali tagħha bl-iskor ta’ 3-0 kontra Caroline Daguet kif ukoll kontra Maina Machard bl-iskor ta’ 3-2.

Fid-doubles, hi kompliet bil-forma eċċezzjonali tagħha wara li flimkien ma’ Lea Vandamme għelbu lill-koppja Emeline Pottier u Caroline Daguet 3-0.

Id-diriġenti ta’ Uljap Rocq faħħru l-wirja ta’ Cutajar u stqarru li dan l-akkwist se jsaħħilhom lit-tim.