Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Dun Jesmond Grech jinħatar Chaplain ġdid għal Junior College


L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l-ħidma pastorali fil-Junior College f’idejn Dun Jesmond Grech, li se jkun responsabbli mill-ħidma pastorali mal-istudenti, letturi u staff ta’ dan il-kulleġġ.


Dun Jesmond Grech twieled Ħ’Attard fit-8 ta’ Diċembru 1967 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta’ St Joseph fir-Rabat u f’Savio College f’Ħad-Dingli. Kompla l-edukazzjoni terzjarja mal-kongregazzjoni Salesjana f’Maynooth University fl-Irlanda u fl-Università Pontifiċja Salesjana f’Ruma fl-Italja.
Ġie ordnat saċerdot fis-27 ta’ Lulju 1996 u ħadem mat-tfal u ż-żgħażagħ f’diversi istituzzjonijiet Salesjani f’Malta. Matul is-snin ta servizz pastorali fil-parroċċi ta’ Santa Elena f’Birkirkara, f’dik ta’ San Bartilmew f’Ħal Għargħur u f’ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ.


Għal dawn l-aħħar 18-il sena Dun Jesmond kien chaplain u għalliem f’St Michael
Foundation f’San Ġwann. Il-Junior College, fi ħdan l-Università ta’ Malta, jilqa’ fih madwar 1,800 student fis-sena.