Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-Kampjonat tan-National Amateur League se jibda fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu

L-Erbgħa ttellgħu ukoll il-poloz tal-ewwel partiti mill-kampjonat National Amateur League fejn il-kampjonat se jkun maqsum f’żewġ diviżjonijiet ta’ ħdax u għaxar timijiet rispettivament.

Grupp A

Is-Sibt 27 ta’ Awwissu

Senglea A vs Mġarr U (Luxol Stadium)

Pembroke A vs Żabbar St.Patrick (Sirens Stadium)

Kalkara U vs Birżebbuġa St.Peter’s (Luxol Stadium)

Xgħajra T vs Mellieħa (Sirens Stadium)

Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu

Qormi vs Ta’ Xbiex (Luxol Stadium)

Fl-ewwel ġurnata Sta. Venera mhux se jkunu qed jilgħabu minħabba li l-grupp huwa magħmul minn 11-il tim

Grupp B

Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu

Luqa St.Andrew’s vs St.George’s (Sirens Stadium)

Għaxaq vs Dingli S (Luxol Stadium)

Kirkop U vs Siġġiewi (Sirens Stadium)

It-Tnejn 29 ta’ Awwissu

Msida St.Joseph vs Għargħur (Centenary Stadium)

Rabat A vs Mdina K (Victor Tedesco Stadium)

Fi tmiem il-kampjonat l-ewwel tim minn kull diviżjoni jiġi promoss għal kampjonat Challenge League filwaqt li tintlgħab decider biex ikun magħruf ir-rebbieħ tal-kampjonat. It-timijiet li jtemmu fit-tieni post jilgħabu promotion play-off decider li r-rebbieħ ikun promoss filwaqt li t-tim tellief jilgħab fil-finali tal-play-offs.

It-timijiet li jispiċċaw fir-raba’ u l-ħames post jilgħabu kontra xulxin fl-ewwel rawnd. Dan ikun it-tim li temm fir-raba’ post minn grupp A kontra t-tim li klassifika fil-ħames post minn grupp B, filwaqt li t-tim li jtemm fir-raba’ post minn B jilgħab kontra t-tim li temm fil-ħames post minn grupp A. Fit-tieni rawnd it-timijiet li jtemmu fit-tielet post fiż-żewġ gruppi tal-kampjonat, jilgħabu kontra r-rebbieħa tal-ewwel logħob. Il-logħba tat-tielet rawn tkun bejn ir-rebbieħa mil-logħob tat-tieni rawnd tal-play-offs. Ir-rebbieħ mit-tielet rawnd tal-play-off jilgħab fil-finali kontra t-tim tellief tal-promotion play-off biex ikun deċiż l-aħħar tim li se jkun promoss għal kampjonat Challenge League.

Ikkummenta