Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

In-negozji Għawdxin iridu “soluzzjonijiet immedjati”

L-għoli tal-ħajja u l-iżvilupp esseġerat qed ikunu ta’ inkwiet kbir għas-settur turistiku f’Għawdex.

Dan ikkonfermah is-CEO tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, Joe Muscat f’kummenti lil  Net News dwar ir-reazzjoni tan-negozji Għawdxin… reazzjoni iebsa ferm hekk kif qed jaraw li fil-futur se jkunu qed jitilfu numru ta’ turisti.

Dan fid-dawl ta’ stħarriġ li sar mill-Assoċjazzjoni nnifisha, u li wera illi 91% jemmnu li l-iżvilupp eċċessiv qed iżomm ‘il bogħod t-turisti milli jżuru l-gżira ta’ Għawdex. U dan barra numru kbir ta’ proġetti li bdew fl-aħħar xhur u snin iżda li tħallew nofs leħja…. b’riżultat li qed ikerħu lill-gżira Għawdxija.

Joe Muscat qalilna kif huma mhumiex kontra l-iżvilupp, iżda hemm bżonn żvilupp li jirrispetta l-karattru tal-irħula.

Apparti l-iżvilupp esseġerat, il-piż tal-gholi tal-hajja qed ikun ta’ sfida kbira.

Joe Muscat qalilna li l-inflazzjoni hi realtà li ħadd ma jista’ jaħrab minnha… iżda li hemm bżonn soluzzjoni immedjata għal dan.

64% tal-operaturi turistiċi li ħadu sehem fl-istħarriġ tal-GTA qalu li kellhom iżidu l-prezzijiet tal-istabbilimenti tagħhom biex jilqgħu għal dawn l-ispejjeż… kif ħafna nnotaw meta żaru ristoranti u lukandi.

Ikkummenta