Malta

100 siegħa xogħol fil-kommunità wara li seraq 14-il panella mill-bitħa tal-Ministeru ta’ Għawdex

Għawdxi ta’ 36 sena, tpoġġa taħt ordni ta’ probation u ġie ordnat jagħmel 100 siegħa ta’ xogħol fil-kommunità wara li ammetta li fil-31 ta’ Marzu li għadda bejn 8.30p.m. u 9.30p.m. seraq 14-il panella li l-valur tagħhom jaqbez l-€232.94 iżda anqas minn €2,329.37, għad-dannu tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta’ Ghawdex.

Il-Qorti ta’ Għawdex preseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana qalet li rriżulta li Marvic Mercieca miż-Żebbuġ ikkopera mal-Pulizija, fejn ammetta mill-ewwel l-akkużi u li qed jagħmel l-almu tiegħu biex jaqbad it-triq it-tajba u joħroġ mill-problemi li għandu. Għaldaqstant huwa qed jingħata l-aħħar opportunità mill-Qorti.

L-Ispettur Bernard Charles Spiteri xlieh li mill-bitħa, li wkoll tintuża bħala parkeġġ tal-Ministeru ta’ Għawdex, fir-Rabat, flimkien ma’ ħuh seraq il-panelli u li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa.

Huwa ġie mixli wkoll li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ Probation imposta fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta, f’Mejju 2018 u li sar reċidiv.

Il-Qorti qalet li semgħet lill-Uffiċċjal tal-Probation li kien qiegħed isegwi lil Marvic Mercieca jiddikjara li l-akkużat kien għamel progress kbir. Kien imur għall-appuntamenti u kien anke wasal biex jieħu l-methadone d-dar għax kien stabbli.

Din hija prassi li ma titħaddimx ma kulħadd izda ma’ min ikun għamel progress konsiderevoli fit-terapija. L-akkużat kien anke qed jikkommunika ma’ wliedu u kellu f’moħħu illi jgħaqqad il-familja meta s-sieħba tiegħu tohroġ mill-ħabs.

L-Uffiċċjal ammetta illi kienet sorpriża kbira għalih meta ġie nfurmat b’li kien għamel l-akkużat u dan minħabba l-progress li kien sar minnu. Il-Qorti semghet lill Uffiċjal Prosekutur jispjega illi matul l-interrogazzjoni Mercieca ammetta li kien ħa 14-il pannella mil-bitha tal-Ministeru ghal Ghawdex. Dan kien għamlu wara li għall-ewwel kien ammetta illi ħa ħamsa biss.

Kien anke wiegħed illi ser jirritorna l-pannelli kollha u fil-fatt hekk għamel. L-Ufficcjal Prosekutur ikkonferma wkoll illi huwa kkopera mal-Pulizija. Ingħad ukoll li l-imputat huwa reċediv u li ċappas idejh mal-ġustizzja kemm-il darba, mhux biss fuq serq, iżda wkoll fuq droga.

L-Avukat Larry Formosa li deher għal Mercieca talab lill-Qorti biex tikkonsidra tpoġġi lill-akkuzat taħt ordni ta’ probation billi piena karċerarja tkun qed isservi sabiex tesponi lill-akkużat għal riskju illi jerġa’ jaqa’ fil-vizzju tad-droga.

Id-difiża sostniet illi bi probation order l-akkużat ikun segwit rigorożament u jkun jista’ jkompli fit-triq it-tajba. Qal illi huwa minnu illi kkommetta r-reati li bihom qed jiġi akkużat iżda l-ħabs mhux il-post minn fejn huwa jista’ jimxi ‘l quddiem.

Id-difiża stiednet ukoll lill-Qorti tikkonsidra xogħol fil-kommunità. Il-Qorti għarblet dawn is-sottomissjonijiet kollha u fiċ-ċirkostanzi wara li wiżnet ix-xhieda tal-Probation Officer.

Qalet li ma kinitx sejra twarrab l-osservazzjonijiet illi għamel il-probation officer aktar u aktar meta jidher illi l-akkużat qed jaghmel ħiltu sabiex jirriforma ruhu.

Il-Qorti qalet li iżda tawgura illi l-akkużat jirrealizza illi mhuwiex vallapena illi jissaggrifika l-futur ta’ ħajjtu u tan-nies ta’ madwaru speċjalment ta’ wliedu bil-kommissjoni ta’ reati.

Minn dak illi qal l-avukat difensuri jidher illi l-akkużat kiber mingħajr omm u spiċċa vittma ta’ ilpup li hemm fis-socjeta. Fil-fehma tal-Qorti l-akkużat ghandu “window of opportunity” sabiex jibni relazzjoni ma wliedu sabiex
jiggwidhom fil-ħajja ħalli jevitaw l-iżbalji li għamel hu.

Il-Qorti qalet ukoll li tħoss li l-akkużat li b’hidmietu matul dawn l-aħħar sentejn, forsi fetaħ tieqa ta’ opportunità, li mhux ta’ min jagħlaqha billi jintbagħat il-ħabs.

“Issa, għalkemm huwa veru li Qorti għandha toqgħod attenta li ma tiżvalutax il-miżuri mhux karċerarji a dispożizzjoni tagħha bl-addoċċ u mingħajr ma tieħu kont xieraq ta’ dak li twettaq.

Mill-banda l-oħra mis-sempliċi fatt li persuna tkun preċedeneament ingħatat probation jew libertà kundizzjonata ma jfissirx li ma tkunx tista’ jew m’għandhiex f’każijiet li jikkwalifikaw terġa’ tingħata probation jew conditional discharge.

Il-Qorti ħadet in konsiderazzjoni wkoll tal-fatt li l-imputat ikkollabora mal-Pulizija fis-sens illi stqarr ħtijietu meta huwa gie mitkellem mill-Pulizija u ta dettalji konkreti tas-serqa li kkommetta, kif ukoll irritorna il-pannelli kollha.

Il-Qorti qalet li għalhekk sejra toqghod fuq il-parir ta’ Joseph Mizzi, l-Probation Officer, iżda ttenni illi l-akkużat irid ukoll jirrealizza li minbarra li għandu jkompli jattendi l-appuntamenti kollha mal-professjonisti illi qegħdin hemmhekk biex jgħinuh, għandu jirrealizza wkoll illi jekk huwa xi darba ma jikkoperax jew jerġa’ lura għall-ħajja ta’ qabel jispiċċa l-ħabs.

Ghal din id-darba pero’ sejra taghtiħ l-aħħar opportunità u tawguralu illi jbiddel ħajtu u jżomm l-istabbilità illi sal-lum irnexxielu jirbaħ. Għaldaqstant huwa tpoġġa taħt ordni ta’ probation ta’ tliet snin mill-għoti tas-sentenza u servizz fil-kommunità għall-perjodu.

Ġie ordnat ukoll biex mingħajr dewmien id-Direttur tas-Servizzi ta’ Probation u Parole sabiex jassenja Uffiċċjal tal-Probation biex ikun responsabbli għas-sorveljanza ta’ Marvic Mercieca.

L-Uffiċjal tal-Probation assenjat għandu jirrapporta bil-miktub lill-Qorti
kompetenti bil-progress ta’ Marvic Mercieca kull sitt xhur. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ikkummenta

Football news:

Martial scored 20 goals in a season for the first time in his career
Rashford is the first English Manchester United player in 8 years with 20+ goals in one season
Manchester United have scored 17 penalties in all competitions this season, 12 in the Premier League
Zinedine Zidane: real have not won anything yet. There is no euphoria
Pogba cut a fist on his head, a symbol of the Black Lives Matter movement
Liverpool are ready to offer Tiago a 4-year contract with a salary of 8 million euros
Jose Mourinho: if Tottenham do not get into the top 6, it will not be the end of the world