Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

AĠĠORNATA: Bormla tirbaħ Tal-Midalji f’Kategorija A … diversi dgħajjes mgħerrqa waqt u wara t-tellieqa

Tellieqa tan-nisa

Ikompli d-dominju tal-Birgu fit-tellieqa tal-Frejgatini tan-nisa. Il-koppja Shazel Grima u Glynnis Mizzi kellhom qadfa konsistenti u rebħu mingħajr diffikultà fi tmien minuti u erba’ sekondi. Segwew Bormla u Birżebbuġa rispettivament. Din l-ewwel tellieqa uriet id-diffikultajiet li se jkollhom il-qaddiefa minħabba l-kundizzjonijiet tal-baħar. Għall-Ġirbin din hi s-seba’ rebħa konsekuttiva f’din it-tellieqa, sensiela li ilha li bdiet mill-2019.

Riżultat – 1. Birgu, 2. Bormla, 3. Birżebbuġa

Ekwipaġġ rebbieħ – Shazel Grima, Glynnis Mizzi

(Ritratt: Matthew Tabone)

L-ewwel tellieqa – Kategorija B – Tal-Pass b’żewġ imqadef

Il-Kalkara bdiet l-impenji f’Kategorija B bl-aqwa mod bir-rebħ tat-tellieqa Tal-Pass b’żewġ imqadef b’vantaġġ sostanzjali. B’hekk il-koppja magħmula minn Gilmore Buttigieg u Godwin Buttigieg tat l-ewwel 20 punt lid-distrett tal-Kalkara. Bormla kklassifikaw fit-tieni post, b’Marsamxett jirbħu d-dwell ma’ Birżebbuġa għat-tielet post.

Riżultat – 1. Kalkara 20 punt, 2. Bormla 12-il punt, 3. Marsamxett 6 punti

Ekwipaġġ rebbieħ – Gilmore Buttigieg, Godwin Buttigieg

(Ritratt: Matthew Tabone)

It-tieni tellieqa – Kategorija A – Tal-Midalji

L-ewwel tellieqa ta’ Kategorija A offriet emozzjonijiet rari hekk kif diversi dgħajjes spiċċaw għerqu kawża tal-ilma sostanzjali li daħlu fid-dgħajjes Tal-Midalji. Rebbieħa spiċċaw Bormla b’distakk minimu fuq il-Birgu, biż-żewġ dgħajjes jinżlu taħt l-ilma wara t-tmiem tat-tellieqa. Marsamxett b’pass kajman irnexxielhom jispiċċaw fit-tielet post. Id-dgħajjes tal-Marsa u tal-Isla ma spiċċawx it-tellieqa minħabba li għerqet id-dgħajsa. Ma jidhirx li hemm ebda problemi għall-qaddiefa.

Riżultat – 1. Bormla 20 punt, 2. Birgu 12-il punt, 3. Marsamxett 6 punti

Ekwipaġġ rebbieħ – Maximilian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton, Romario Brignone

Klassifika Parzjali ta’ Kategorija B

Kalkara                 20 punt

Bormla                  12-il punt

Marsamxett        6 punti

Klassifika Parzjali ta’ Kategorija A

Bormla                  20 punt

Birgu                     12-il punt

Marsamxett        6 punti