Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Antony jitneħħa mill-iskawdra Brażiljana fuq allegazzjoni ta’ vjolenza domestika

L-attakkant ta’ Manchester United tneħħa mill-iskwadra internazzjonali tal-Brażil wara allegazzjoni ta’ vjolenza domestika mill-eks tfajla tiegħu. Il-federazzjoni tal-futbol Brażiljan qalet li l-plejer tat-23 sena tneħħa mill-iskwadra wara li l-allegazzjonijiet li kienu ppublikati huma ta’ natura gravi li għandhom ikunu investigati. Fuq il-media soċjali Antony ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet li hu sejjaħ bħala ‘foloz’ li qed isiru fil-konfront tiegħu, mill-eks tfajla Gabriela Cavallin.

Antony qed ikun akkużat li ta daqqa ta’ ras lil Cavallin f’lukanda f’Jannar li għadda, fejn ħalliha bi ġrieħi f’rasha, fejn kellha bżonn ukoll l-għajnuna medika. Intant dawn l-allegazzjonijiet qed ikunu investigati mill-pulizija f’Manchester kif ukoll mill-pulizija f’Sao Paolo. L-allegazzjonijiet waslu wara li f’Awwissu Manchester United ħabbru li Mason Greenwood se jkun qed iħalli l-club, wara li affaċja akkużi simili aktar kmieni fl-2023. Post Antony mat-tim nazzjonali Brażiljan għal partiti kontra l-Bolivja u l-Peru, ittieħed mill-attakkant ta’ Arsenal Gabriel Jesus.