Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Baraxx ta’ kritika min-nies wara li l-midja Laburista qalet li naqset l-għoli tal-ħajja

Il-midja Laburista spiċċat mill-ġdid taffaċja baraxx ta’ kummenti bi kritika lejn artiklu li ġie ppublikat fl-aħħar jiem.

L-artiklu li ġie xxerjat fuq il-midja soċjali jgħid li l-inflazzjoni f’pajjiżna naqqset, liema artiklu ġab rabja kbira fost il-poplu Malti u Għawdxi li ta’ kuljum ikollu jixtri l-affarijiet bażiċi bil-wisq għola minn xhur u snin ilu.

Persuna partikolari tistaqsi “f’liema dinja naqset għax f’tagħna żgur li le” filwaqt li persuna oħra qalet biex il-midja Laburista “tieqaf tidħaq bin-nies f’wiċċhom”.

Kumment ieħor jirrimarka kif kull persuna qed tinnota li l-inflazzjoni, iktar ma jmur, iktar qed tiżdied, bil-One biss jgħid li din qed tonqos, bl-istess kumment jistaqsi jekk jafux verament xi tfisser il-kelma inflazzjoni.

U filwaqt li dan il-headline ġab rabja kbira, persuna oħra qalet li dan l-istess headline ġie “dirett minn Kastilja”, b’referenza għall-influwenza u kontrol assolut li l-Gvern Robert Abela għandu biex jipprova jbellagħha lin-nies li l-għoli tal-ħajja mhix parti minn ħajjitna. Iżda wieħed ma jistax jemmen dan meta l-istess xirja li tkun għamilt ġimgħa ilu, sa ġimgħa wara tkun għoliet sew, bil-pagi jibqgħu fejn kienu f’ġenerazzjonijiet passati.

“Titrattaw lil kulħadd ta’ ġaħan,” jgħid kumment ieħor.