Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Doppjetta ta’ Reid tagħti t-tielet rebħa minn tlieta lil Floriana

Andrè Muscat

FLORIANA………. 2

HIBS………….. 0

Floriana: G. Kitanov, O. El Hasni, J. Ulises Arias, K. Reid, J. Busuttil (A. Magro Overend 56’), M. de Sousa (K. Nwoko 74’), D. Vella (L De Garzia 89’), M. Nicolas Matias, C. Zammit Lonardelli, M. Valadzko, A. Kouro

Hibernians : I. Kone, F. Apap, K. Shaw, R. Bairam (A. Attard 71’), A. Hovhannisyan, J. Degabriele (E. Mangles Herrera 92’), B. Kristensen, Z. Grech, S. Okoh (B. De Souza Silva 46’), G. Bastianos, A. Antwi Rodeny

Imwissija: R. Bairam 20’ (H), B. Kristensen 45’ (H), M. Nicolas Matias 53’ (F), Z. Grech 67’ (H), K. Reid 67’ (F), G. Bastianos 90’ (H), A. Attard 92’ (H) F. Apap 95’ (H)

Skorjaw: K. Reid 38’, 87’ (F)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Vasil Vasilev

BOV Plejer tal-Logħba: Kemar Reid (Floriana)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Kemar Reid (Floriana)

Floriana komplew fejn ħallew nhar is-Sibt kontra Birkirkara u ħadu tliet punti oħra biex s’issa rebħu l-ewwel tliet logħbiet tal-kampjonat.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mit-tim ta’ Raħal Ġdid fit-18-il minuta logħob, meta Ferdinando Apap prova konklużjoni akrobatika li għaddiet ftit barra. Floriana rrispondew tliet minuti wara meta Kone salva bla diffikulta xutt ta’ Dunstan Vella. F’logħba b’ħafna pusses f’nofs il-ground u diversi żbalji miż-żewġ timijiet, Floriana fetħu l-iskor fit-38 minuta, meta Kemar Reid min-nofs il-ground, qabad ġirja sa kemm fajjar xutt minn barra l-kaxxa l-kbira, bil-ballun jispiċċa fil-lasta ta’ Hibernians u tefa’lill-partitarji furjaniżi f’dilirju ta’ ferħ.

Fit-43 minuta Hibernians resqu viċin li jġibu draw meta minn corner ta’ Bastianos, daqqa ta’ ras ta’ Apap taħbat mal-wieqfa. Bl-ewwel taqsima nieqsa mill-azzjonijiet Floriana marru jistrieħu 1-0 minn fuq.

Bidu tat-tieni taqsima kemxejn kwiet għaż-żewġ timijiet, fid-69 minuta tat-tieni taqsima, Floriana jersqu viċin li jirduppjaw, meta freekick dirett ta’ Arias jgħaddi jħakkek mal-mimduda wara li Degabriele xellef bir-ras.

Fil-81 minuta Reid għadda ballun fit-tul lejn Dunstan Vella fejn avvanza lejn il-lasta tal-Hibs iżda sab lil Kone attent fejn dawwar f’corner. Fis-87 minuta Reid irdoppja għal Floriana kif ukoll għamel id-doppjetta personali tal-ġurnata, meta b’xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa l-kbira tefa’ fuq ix-xellug ta’ Kone.

F’logħba nieqsa mill-azzjonijiet u b’diversi żbalji miż-żewġ timijiet kif ukoll mill-uffiċjali tal-logħba, Floriana urew li għandhom skwadra li jistgħu ikunu fost l-isfidanti għar-rebħ tal-kampjonat.