Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Gowls ta’ Pulisic u Okafor jagħtu rebħa lil Milan fuq Lazio… Martinez l-eroj għal Inter b’erba’ gowls

F’San Siro Milan kisbu rebħa mistħoqqa ta’ 2-0 fuq Lazio. Milan marru fil-vantaġġ fis-60 minuta meta minn azzjoni ta’ Rafael Leao kien l-Amerikan Christian Pulisic li xeħet fix-xibka għal 1-0. Milan kellhom jistennew sat-88 minuta biex jassiguraw mir-rebħa meta għal darb’oħra reġa’ kien Rafael Leao li din id-darba għadda lejn Noah Okafor li minn pożizzjoni faċli ma żbaljax għal 2-0.

Napoli saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa faċli ta’ 4-0 barra minn darhom għand Lecce. Huma fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta Pietr Zielinski għadda lejn Leo Ostigard li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Napoli rduppjaw fil-51 minuta meta minn cross ta’ Khvicha Kvaratskhelia kien Victor Osimhen li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa fix-xibka għal 2-0. It-tielet gowl għat-tim immexxi minn Rudi Garcia wasal fit-88 minuta permezz taż-żagħżugħ Gianluca Gaetano qabel kien Matteo Politano li mill-ħdax-il metru għamilhom Napoli 4, Lecce 0.

Fi Stadio Arechi Inter komplew isaħħu posthom fl-ewwel post tal-klassifika b’rebħa komda ta’ 4-0 fuq Salernitana bl-eroj tagħhom ikun Lautaro Martinez li skorja l-erba’ gowls għat-tim tiegħu. Il-gowls waslu fit-62 minuta qabel rdoppja fit-78 minuta. L-Arġentin għaqqa it-tripletta personali mill-ħdax-il metru fil-85 minuta qabel erba’ minuti wara b’konklużjoni fil-baxx xeħet fix-xibka għal 4-0.

Serie A

lllum: Lecce v Napoli 0-4, Milan v Lazio 2-0, Salernitana v Inter 0-4
Għada: Bologna v Empoli 12.30pm, Udinese v Genoa 3.00pm, Atalanta v Juventus 6.00pm, Roma v Frosinone 8.45pm
It-Tnejn: Sassuolo v Monza 6.30pm, Torino v Verona 6.30pm, Fiorentina v Cagliari 8.45pm