Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Hackney Diamonds….Mewġa ta’ interess fl-album ġdid tal-grupp Rolling Stones

Hackney Diamonds hu l-isem tal-album ġdid ta’ The Rolling Stones li qed jinteressa bil-kbir lill-kritiċi u d-dilettanti tal-mużika Rock madwar id-dinja.

L-album, l-ewwel wieħed bil-kanzunetti oriġinali tal-grupp mill-2005, qed ikun inawgurat waqt avveniment speċjali f’Hackney, borough ta’ Londra, u fil-preżenza tat-tliet membri oriġinali li fadal tas-Stones li huma l-kantant Mick Jagger, Keith Richards u Ronnie Wood.

It-tlieta baqgħu attivi minkejja età medja ta’ 76 sena u jidhru li se jkomplu jħarsu ‘il quddiem lejn aktar suċċessi – bħalma jixhed it-trailer għall-produzzjoni ġdida bil-messaġġ ‘Album Ġdid għal Era Ġdida’. L-istennija għal dan l-album kienet kbira u speċjalment wara li l-grupp bagħat preview ta’ waħda mill-kanzunetti ġodda fuq websajt bl-isem dontgetangrywithme.com.

Hackney Diamonds jinkludi anki kollaborazzjonijiet tas-Stones ma’ guest stars ċelebri li jinkludu l-eks Beatle Paul McCartney, il-kantant-pjanist veteran tas-soul Stevie Wonder u Lady Gaga. L-avveniment għall-introduzzjoni uffiċjali tal-album ġdid qed ikun preżentat minn Jimmy Fallon minbarra li qed jitwassal lill-udjenzi permess ta’ livestream fuq YouTube.