Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Haley Bugeja tiskorja tnejn f’rebħa oħra għat-tim tan-nisa fil-UEFA Nations League

MALTA…………….2

MOLDOVA………0

Malta: Janice Xuereb, Ann-Marie Said, Emma Lipman (c), Stefania Farrugia, Ylenia Carabott (Leah Alice Ayres 76’), Rachel Cuschieri, Alishia Sultana (Maya Lucia 56’), Brenda Borg, Emma Xuereb, Nicole Sciberras, Haley Bugeja

Moldova: Denisa Bojenco, Cristina Cerescu, Valeria Virlan (Iuliana Colnic 62’), Carolina Tabur, Claudia Chiper (Daniela Mardari 62’), Felicia Gutu, Madalina Badiceanu, Nadejda Colesnicenco (Eugenia Railean 84’), Anastasia Cernitu, Anastasia Sivolobova, Irina Topal (Carina Doiban 19’)

Referee: Michaela Pachtova (CZE), Asst Referees: Lucie Ratajova (CZE), Teresa Holakovska (CZE), Fourth

Wara r-rebħa fl-ewwel konfront kontra l-Latvja, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb it-tieni rebħa fil-UEFA Women’s Nations League meta fis-Centenary Stadium għeleb lill-Moldova 2-0.

Il-kowċ Manuela Tesse reġgħet bdiet mill-bidu lil Haley Bugeja filwaqt li fl-iskwadra kellha wkoll lil Alishia Sultana li kienet irtirat iżda rritornat mat-tim nazzjonali.

Il-Maltin bdew mill-ewwel fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti Alisdhia Sultana kellha xutt milqugħ biex tliet minuti wara Sultana b’ċans ieħor ta’ skor bil-Maltin dehru li se jiddominaw.

Man-nofs siegħa logħob, Nicole Sciberras provat minn tarf il-kaxxa iżda l-ballun għadda għoli.

Fil-41 minuta Janice Xuereb tilfet il-pusses tal-ballun b’Carolina Tabur tapprofitta iżda x-xutt ta’ din tal-aħħar spiċċa barra. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Ylenia Carabott b’ċans tad-deheb iżda x-xutt destinat għal ġox-xibka kien blukkat fl-aħħar mumenti mid-difiża, bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ mingħajr gowls.

Minuta mill-bidu tat-tieni taqsima l-Maltin fetħu l-iskor meta Brenda Borg tefgħet ballun preċiż lejn il-plejer ta’ Inter Haley Bugeja li avvanzat u minn quddiem Bojenco ma’ żbaljatx. Bugeja rduppjat fit-58 minuta meta minn loose ball fil-kaxxa b’xutt preċiż tefgħet f’lasta vojta.

It-tim Malti kkontrolla l-kumplament tal-partita bir-riżultat ma jinbidilx għal skor finali ta’ 2-0 u t-tieni rebħa minn tnejn għall-iswadra mmexxija mit-Taljana Manuela Tesse fi Grupp C1 tal-UEFA Nations League