Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-Gvern mhux jikkunsidra li jdaħħal sistema ta’ kumpens bi dritt b’rabta mal-qtugħ tad-dawl

Din se tkun għajnuna ta’ darba – għotja għal min matul ix-xahar ta’ Lulju esperjenza qtugħ ta’ dawl estensiv waqt il-kriżi fil-provvista tal-elettriku li ħakmet lill-familji Maltin u Għawdxin għal tal-inqas disat ijiem.

Dan intqal mill-Minsitru tal-Enerġija Miriam Dalli, meta Net News staqsiha jekk il-Gvern hux se jkun qiegħed japplika din il-forma ta’ kumpens għal min jagħmel sigħat mingħajr provvista tal-elettriku bħala dritt minflok tkun grazzja ta’ darba. 

Madanakollu, l-Ministru kkonfermat li din se tkun okkażjoni ta’ darba li se jagħti l-Gvern.

Il-kontijiet residenzali li esperjenaw interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku għal sitt sigħat jew aktar, b’mod kumulattiv matul il-perjodu tal-kriżi…se jkunu qed jirċievu awtomatikament kreditu fil-kont tad-dawl tagħhom….bil-medja tvarja minn €60 għal €110. Sfortunatament dan ifisser li dawk kollha li kellhom jarmu xirjiet sħaħ tal-ikel matul dawn il-jiem ma huma se jirċievu ebda kumpens għal dan b’mod dirett.