Malta

Il-Kanada tiddikjara t-trattament tal-komunità tal-Uighur miċ-Ċina bħala ġenoċidju

Il-Parlament Kanadiż ivvota biex jiddikjara l-mod kif iċ-Ċina qed tittratta lill-minoranzi ta’ Musulmani Uighur fi ħdanha bħala ‘ġenoċidju’.

L-impenn wara l-mozzjoni ftit ħalla lok għal dubju wara li l-mozzjoni għaddiet b’266 vot mingħajr l-ebda vot kontra. Il-mozzjoni kellha l-appoġġ tal-Partiti Kanadiżi kollha fl-Oppożizzjoni flimkien ma’ numru ta’ deputati mal-Partit Liberali fil-Gvern. Intant, il-Prim Ministru, Justin Trudeau u ħafna mill-membri tal-Kabinett Kanadiż astjenew f’dan il-vot.

Madankollu is-sinifikat xorta waħda mhux mitluf, bil-mozzjoni tfisser li l-Kanada saret biss it-tieni pajjiż wara l-Istati Uniti li rikonoxxiet l-azzjonijiet taċ-Ċina fil-konfront tal-Uighur bħala ġenoċidju.

Id-deputati Kanadiżi vvutaw ukoll biex jgħaddu emenda li titlob biex il-Kanada tħeġġeġ lill-Kumitat Olimpliku Internazzjonali ‘biex iwaqqaf liċ-Ċina milli jospita l-Olimpjadi tax-Xitwa tas-sena d-dieħla, f’każ li l-Gvern ta’ Beijing ikompli b’dan il-ġenoċidju’.

Iċ-Ċina, intant, ikkundannat u ċaħdet il-mozzjoni tad-deputati Kanadiżi, b’kelliema f’Beijing jikkonfermaw li huma ‘wasslu messaġġ qawwi ta’ protesta lill-Kanada’.

Ikkummenta

Football news:

Ex-goalkeeper of the national team of Argentina Cavaliero killed a man
Schalke has sacked head coach Gross and the sports director. The team is last in the Bundesliga
Werner on Chelsea: The period when I didn't score was the worst of my career
Ole Gunnar Solskjaer: You're in the wrong place if you're at Manchester United and you like to lose. I may be the worst loser in the club
Ko vid-masks of the Leopard are recognized as the best in Spain. Efficiency - 94%
Klopp admitted that he considered the option of Trent and Robertson in the center of the Liverpool defense
Inzaghi on 0:2 with Bologna: Lazio should react differently to a missed goal after an unforced penalty