Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-kriżi ta’ Nagorno-Karabakh: ‘Repubblika’ viċin it-tmiem tal-eżistenza

Il-Mexxej ta’ Nagorno-Karabakh jemmen li dan mhux se jeżisti aktar bħala ‘repubblika’ sal-bidu tas-sena ġdida.

Nagorno-Karabakh hu rikonoxxut – fuq livell internazzjonali — bħala parti mill-Ażerbajġan iżda kien ilu  għal għexieren ta’ snin ikkontrollat mill-Armeni etniċi…L-istess etniċi li llum saru parti minn eżodu traġiku ta’ refuġjati wara l-aħħar battalji fir-reġjun li konsolidaw is-sovranità tal-Gvern Ażeri fuq din l-eks Repubblika.

Min-naħa tiegħu, il-Mexxej  Samvel Shahramanyan ħabbar li ffirma direttiva li xxolji l-Istituzzjonjiet kollha tal-istat ta’ Nagorno-Karabakh sa mill-Ewwel ta’ Jannar.

Dan meta ‘il fuq min-nofs il-popolazzjoni Armena etnika laħqu ħarbu minn Nagorno-Karabakh lejn l-Armenja u bnadi oħra.

Shahramanyan qal li d-deċiżjoni biex ixolji l-Istat ibbażat fuq il-priorità li qed tingħata lis-sigurtà u l-interessi tal-popolazzjoni Armena-etnika. Hu fakkar lill-Ażerbajġan dwar il-ħtieġa li jirrispetta d-drittijiet tal-eks residenti tar-reġjun u li dawn jitħallew jivvjaġġaw lejn l-Armenja mingħajr xkiel u problemi,

In-nies ta’ Nagorno-Karabakh anki qed ikunu mħeġġa biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kundizjzonijiet tar-reintegrazzjoni bħala ċittadini tal-Ażerbajġan u fost it-taħditiet attwali bejn il-Gvern Aeri f’Baku u l-awtoritajiet f’Karabakh.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru ta-Armenja Nikol Pashinyan jaħseb li l-eżodu attwali tal-Armeni minn Nagorno-karabakh għandu jkun konklouż f’perjodu ta’ sempliċi ġranet.