Malta

In-new water hu determinanti għall-agrikoltura

– Toni Bezzina, PN

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina tkellem dwar in-new water u qal li dan hu sors ġdid li se jagħmel differenza importanti għall-bdiewa.

Hu semma’ l-investimenti li għamlu l-bdiewa tul is-snin u qal li n-new water għandu jintlaħaq mill-bdiewa kollha. Importanti li jitnaqqsu l-ispejjeż għall-bdiewa, sostna Toni Bezzina, li appella biex ikunu pprovduti bowsers biex jitwassal l-ilma li ma jasalx għandhom bin-network.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ċertu ilma f’toroq rurali għandhom isiru mill-WSC biex l-ilma jinġabar, ma jintilifx u jispiċċa fil-baħar. Dan hu ta’ gwadann għall-WSC.

Hu tkellem dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u appella lill-gvern biex l-avviż legali li ħarġet ikun jirrifletti l-kontijiet. Hawn familji li huma batuti u mhux ġust li jkun hemm ammonti li suppost ma tħallsux għax mhux dovuti; dawn għandhom jingħataw lura lill-konsumaturi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu ttamat li, bit-twaqqif tal-Aġenzija, jibdew jinbidlu l-mains għalkemm dan ilu jsir għal 15-il sena fejn ikunu se jsiru toroq ġodda. Hu ttamat biss li fejn hemm bżonn, l-aġenza l-ġdida jibqgħu jinbidlu s-servizzi tal-ilma. Għandha tkompli titħaddem ukoll is-sistema ta’ dual main, sostna Toni Bezzina.

Ikkummenta

Football news:

Jose Enrique: Liverpool need a playmaker. Is there a better option than Coutinho?
Leonardo wants to see Allegri at PSG, but the club still trusts Tuchel
Manchester United and Liverpool want to sign 15-year-old Sochaux defender of Kambala
Lloris and Son almost got into a fight after the 1st half with Everton. Before the 2nd, the players made up
Massimiliano Allegri: I am Looking for a project that will have ambitions to win
Simone Inzaghi on the scudetto fight: Lazio looks only at itself
Ntombela and Mourinho do not communicate for two weeks. Then the player told the coach that he wanted to leave Tottenham