Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

IS-SERQ MILL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI: “Missejtu qiegħ ieħor”

Missejtu qiegħ ieħor.

Dikjarazzjoni ċara mill-eks Prim Ministru u eks-kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi wara li faqqa’ l-iskandlu tas-serq mill-benefiċċji soċjali – flus li kienu intenzjonat għal min hu l-aktar dgħajjef f’pajjiżna.

F’post fuq il-media soċjali, Lawrence Gonzi qal li l-Partit Labruista rnexxielu jirrovina anke dan l-att ta’ solidarjetà tal-poplu Malti lejn min hu l-aktar dgħajjef. Dan għaliex, b’għemilu, il-Labour biddel dan il-benefiċċju f’att ta’ frodi – sempliċiment biex jirbaħ l-voti.

Lawrence Gonzi kiteb li dan l-iskandlu m’huwiex biss skandlu għaliex nies li ma ħaqqhomx spiċċaw ħatfu eluf minn ħalq dawk li ħaqqhom, iżda huwa ferm akbar; għaliex din kienet xi ħaġa organizzata minn Kastilja stess.

L-eks Prim Ministru qal li tal-Labour kien jaf li kien hemm firem foloz, ċertifikati foloz u dikjarazzjonijiet foloz… iżda żammew kollox mistur għal sentejn sħaħ. Kien hawn fejn hu staqsa għaliex huwa biss illum – sentejn wara li nqbabdu – li l-Gvern iddeċieda li hemm bżonn jevalwa l-proċess ta’ kif jiġi approvat l-għoti ta’ Benefiċċju għal Diżabilità severa.