Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Issir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tat-tazza tad-Dinja tad-Darts

Fil-Padiljun tal-isport f’Esbjerg fid-Danimarka saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja organizzata mill-Federazzjoni Dinjija tad-Darts WDF. Għal din il-kompetizzjoni qed jkun hemm 49 pajjiż fosthom Malta.

Waqt din iċ-ċerimonja, iż-żewġ plejers nisa Althea Ciantar u Liliana Abela ġarrew il-bandiera Maltija. Malta se tieħu sehem kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll f’dik tan-nisa. Norbert Attard, Albert Scerri, Tony Borg u Enrico Scerri se jkunu qed jgħamlu parti mit-tim nazzjonali tal-irġiel filwaqt li Althea Ciantar, Liliana Abela, Marconia Zammit Borg u Pauline Tonna se jikkompetu fil-kategorija tan-nisa.

Sadanittant il-plejers kollha Maltin se jkunu fl-azzjoni kemm fis-singles kif ukoll fid-doubles. Malta qed tieħu sehem f’dan il-logħob wara nuqqas ta’ 20 sena bit-tim tan-nisa li se jkun qed jipparteċipa għall-ewwel darba.