Malta

Jinżamm arrestat raġel mixli b’attentat ta’ ħruq ta’ residenza

Raġel residenti tal-Pietà u li ma jaħdimx inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ta’ attentat ta’ ħruq fuq residenza f’Ħal Luqa ġimgħa qabel il-Milied tas-sena l-oħra.

Alan Brown ta’ 45 sena qed jiffaċċa akkużi li mar fil-post u pprova jqabbad dar privata fi Triq Wilġa meta kien hemm persuna fiha matul il-lejl. Huwa ġie mixli li wettaq dan ir-reat fid-19 ta’ Diċembru tal-2019 bejn it-3.00am u l-5.00am.

Huwa ġie mixli wkoll li wettaq ħsara volontarja fuq propjetà ta’ terza persuna, bil-ħsara tammonta għal mhux aktar minn €250. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Ikkummenta

Football news:

Mikel Arteta: Mourinho was invited to make Tottenham the winning team
Failure of the VAR in the last English tour: on Thursday, all three decisions on penalties were recognized as mistakes
Zlatan Ibrahimovic: This is not my Milan. The club's ambitions are not what they used to be
Liverpool will only try to buy Tiago if one of the key players leaves
Jurgen Klopp: Salah has crazy statistics
Collina called on the judges to review the replays of disputed moments themselves
Pavel Nedved: real and city are contenders to win the Champions League, but Juve first have to pass Lyon