Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

L-ISKANDLU TAL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI: Robert Abela jbiddel kliemu f’temp ta’ ftit minuti

Konferma li l-frodi mill-benefiċċji soċjali diġà qabżet iż-€2 niljuni – flus li ħarġu mill-but tal-poplu Malti u Għawdxi u marru għand nies li ma kinux intitolati għal dawn il-benefiċċji.

Il-Gvern ta’ Robert Abela ilu xhur jaf b’dan l-iskandlu fejn ġie rrappurtat li allegatament hemm Ministri preżenti li huma wkoll involuti. Iżda meta t-Tlieta filgħaxija kien mistoqsi mill-ġurnalisti, Abela inndefenda ruħu. U nsista li ħadd min-nies tiegħu m’għandu x’jaqsam.

Ironikament, Abela għadda dawn il-kummenti sekondi biss wara li ftit qabel kien stqarr b’mod ċar li ma kienx se jikkummenta fuq nies li huma involuti biex ma jħarbatx l-investigazzjonijiet.

Fi kliem il-Prim Ministru – b’mod konvenjenti – huwa qalilna li diġà intrefgħet responsabbiltà politika mill-ex Deputat tal-Labour Silvio Grixti, li rriżenja fl-2021. U allura, iqumu wkoll dubji dwar il-fatt li tul dawn is-sentejn Abela żamm kollox moħbi.

Intant, għadu mhux ċar jekk il-Kummissarju investigax nies minn Kastilja jew membri tal-Kabinett li possibbilment imdaħlin f’dan is-serq ta’ miljuni. U mhux ċar lanqas kif Robert Abela wasal għall-konklużjoni li ħadd mill-Ministri tiegħu mhu involut.