Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Malta Chamber of SMEs tniedi servizz ta’ konsulenza bla ħlas dwar l-ESG

Kampanji ta’ għarfien u laqgħa individwali issa disponibbli liberament għall-membri biex jappoġġawhom fil-vjaġġ tal-ESG.

Il-Kamra tal-SMEs nediet is-servizz ta’ konsulenza b’xejn dwar l-inizjattivi relatati malAmbjent, Soċjali u l-Governanza mmirati lejn l-SMEs li jridu jgħaddu għall-għanijiet tal-ESG. Is-servizz se jkun jikkonsisti f’kampanja ta’ għarfien dwar is-suġġett, avvenimenti u wkoll laqgħa individwali apposta għal dawk li jixtiequ jibdew jaħdmu fuq is-suġġett jew jagħmlu aktar.

Għalkemm għadd ta’ negozji huma interessati li jagħmlu t-tranżizzjoni, in-negozji żżgħar jista’ jkun li mhux dejjem ikollhom ir-riżorsi interni u l-impenn li jagħmlu dan waħedhom. Is-servizz ta’ konsulenza tal-ESG b’xejn se jikkontribwixxu biex jgħinu lil dawn in-negozji, f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi u l-għarfien espert.

Il-laqgħat konsultattivi se jsiru flimkien ma’ WEAVE Consulting, Espert ċertifikat talESG li jista’ jipprovdi rakkomandazzjonijiet u gwida mfassla apposta għan-negozji.

Waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz ġdid, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u lIntrapriża Miriam Dalli tkelmet dwar kif “din l-inizzjattiva tal-lum hija xhieda ta’ kif l-istakeholders kollha f’pajjiżna qed jagħrfu l-importanza li lkoll kemm aħna nagħtu ssehem tagħna fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, għal futur aktar sostenibbli.

“Ċerta li b’dan is-servizz flimkien mal-għajnuniet li qed noffru bħala Gvern, l-intrapriżi għandhom l-għodda meħtieġa biex flimkien, inkomplu fil-mixja lejn aktar ġid u aktar investiment sostenibbli f’pajjiżna,” qalet Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs Abigial Agius Mamo qalet li t-tnedija tal-lum hija mpenn ċar mill- SME Chamber biex tassisti lill-SMEs fit-tranżizzjoni lejn mudell ta’ negozju aktar sostenibbli.“…”Aħna kburin li nżidu mal-lista ta’ servizzi ta’ konsulenza b’xejn lill-membri, konsulenza dwarl-ESG, suġġett li jimxi id f’id mal-prinċipji u l-valuri ewlenin tagħna bħala organizzazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea appellat għal tranżizzjoni ġusta fejn ħadd ma jitħalla jibqa’ lura u l-Kamra tal-SMEs qed tagħmel il-parti tagħha biex tikkontribwixxi għal din ilmira ambizzjuża…“Il-Kamra tal-SMEs hija kburija li tissieħeb ma’ WEAVE Consulting, kumpanija stabbilita li ilha toffri dawn is-servizzi għal aktar minn 5 snin b’rekord ippruvat.”

Id-Direttur Maniġerjali ta’ Weave Consulting, Roberta Lepre qalet li dan is-servizz li għadu kif tnieda se jagħmilha aktar faċli għall-SMEs biex jeżaminaw l-opportunitajiet ta’ negozju disponibbli u jidentifikaw oqsma ewlenin ta’ titjib fi ħdan in-negozju tagħhom. Dan mhux biss se jirriżulta f’mod ta’ negozju aktar sostenibbli , iżda se jagħmilhom aktar reżiljenti biex jadattaw għar-rekwiżiti regolatorji futuri.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia laqa’ din l-inizjattiva mill-Kamra tal-SMEs: “L-inizjattiva tikkomplementa l-iskema riċenti tal-ESG Grant imħabbra mill-Malta Enterprise u se tinstiga aktar kuxjenza ambjentali fost in-negozji filwaqt li ttejjeb l-istrutturi tal-ġestjoni u tgħin biex jinħolqu postijiet tax-xogħol aktar inklużivi. Permezz ta’ inizjattivi bħal dawn qed nistinkaw għall-integrazzjoni tarrappurtar tal-ESG.

Barra minn hekk, Malta Enterprise tista’ tgħin ukoll fi proġetti tanġibbli li jtejbu lprestazzjoni ambjentali aktar b’saħħitha mill-industrija inkluża l-iskema ta’ investiment intelliġenti u sostenibbli li tista’ tgħin sa EUR 100.000 għal kull proġett bħal dan u lproġetti ta’ Għajnuna għall-Investiment għall-Effiċjenza fl-Enerġija”.

In-negozji li jixtiequ jagħmlu użu mis-Servizz ta’ Konsulenza tal-ESG b’xejn huma mħeġġa jagħmlu kuntatt billi jibagħtu email fuq admin@smechamber.mt jew iċemplu fuq 21232881 għal aktar informazzjoni.