Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Punt kull wieħed għal Gudja u Marsaxlokk

Gudja United: Y.Sozer, K.Micallef, A.Brenner, R.Magro, M.Esposito, Z.Grech (M.Cassini 86’), C.Borg (S.Cipriott 76’), J.Arthur, M.Muchardi, G.Mensah (G.Lorenzoni 64’), A.Toure (S.Attard 86’)

Marsaxlokk: M.Drobnjak, A.Vailkainah, W.Soares, D.Zerafa (S.Boayake 82’) J.Walker, L.Aguirre (D.Bonnici 76’) D.Dall’Oca, N.Muscat, Y.Messias, J.Fernando, A.Obonogwu (S.Akinbule 66’)

Referee:Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referee: Roberto Vella, Kurt Saliba
Skorjaw: A.Toure 10’ (G), Y.Messias 45’ (M)
BOV Plejer tal-Logħba: A.Brenner (M)
Imwissija: M.Esposito 26’ S.Brenner 32’, A.Toure 43’, L.Gianluca 64’ (M), N.Muscat 94’

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima minn Gudja u Marsaxlokk idetteriminaw ir-riżultat tal-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed f’parità ta’ 1-1/

Gudja skorjaw il-gowl li tagħhom il-vantaġġ momentarju wara 10 minuti logħob permezz ta’ Abou Toure mill-pass twil ta’ Esposito, bl-attakkant jaqbeż lill-goalkeeper u jixħet ġewwa għall-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat Premier.

Fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima Marsaxlokk kisbu d-draw permezz ta’ penalty skorjat minn l-eks Yui Messias. Il-penalty wasal minn handsball kommess minn Ricardo Mango.

Fit-72 minuta Nikolai Muscat ittanta xortih b’xutt fil-baxx minna barra l-kaxxa li għadda ftit barra. 

L-aħħar azzjoni tal-partita waslet minn korner favur Marsaxlokk li ħoloq konfużjoni fil-kaxxa tal-avversarji li rriżultat f’xutt ta’ Messias jgħaddi barra.