Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Rabja dwar in-nuqqas ta’ pjanar fis-settur tal-propjetà

Huma diversi dawk irrabjati għan-nuqqas ta’ pjanar fis-settur tal-propjetà, b’mod speċjali issa li wieħed jista’ jevalwa sew ir-riżultati taċ-ċensiment dwaril-karatteristiċi tal-propjetà residenzjali li għadu kemm ġie ippubblikat.

Fil-fatt, in-nies qed jistaqsu għaliex qed ikomplu joħorġu permessi għal bini ġdid meta in-numru ta’ djar vojta jew dawk bilkemm użati huwa ekwivalenti għal sitt darbiet id-daqs ta’ Tas-Sliema. Fost dawn hemm l-ADPD bi kritika ma taqta’ xejn fid-dawl ukoll li ‘l fuq minn 51,000 residenza f’pajjiżna huma okkupati mill-barranin filwaqt li kważi 50% tar-residenzi f’pajjiżna huma appartamenti u penthouses.

Fil-fatt, iċ-ċensiment juri li hemm madwar 80,000 propjetajiet li huma vojta jew mhux qegħdin jiġu użati. Fid-dawl ta’ dan kollu kien hemm diversi proposti fosthom li fil-każ li propjetà titħalla vojta għal żmien twil, għandu jkun hemm disinċentivi fiskali biex din l-imġieba tkun skoraġġita.