Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Rebħiet tajba għal Franza u l-Olanda

Ilbieraħ komplew il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tas-sena d-dieħla li se jsir fil-Ġermanja, fejn jispikkaw ir-rebħiet li kisbu Franza u l-Olanda.

F’Pariġi Franza għebu lill-Irlanda 2-0 b’gowl f’kull taqsima. Franza tilfu lill-attakkant ta’ Milan Giroud li weġġa’ l-għaksa u kellu jinbidel fil-25 minuta.
Franza fetħu l-iskor sitt minuti qabel b’xutt mill-isbaħ ta’ Tchouameni u fil-bidu tat-tieni taqsima serrħu rashom bit-tieni goal li kien skorjat minn Thuram.

L-Olanda ġabu fix-xejn lill-Greċja fejn skorjaw tliet darbiet fl-ewwel 40 minuta biex aċċertaw mir-rebħa.
Għall-Olanda goals ta’ De Roon, Gakpo u Weghorst.

Id-Danimarka wkoll skorjaw tliet darbiet fl-ewwel 40 minuta kontra San Marino.
Kien Hojbjerg li fetaħ l-iskor fis-26 minuta u żewġ minuti wara Maehle skorja t-tieni goal. Wind għamilhom tlieta qabel intemmet l-ewwel taqsima. Lejn it-tmiem Poulsen skorja r-raba’ u l-aħħar goal tad-daniżi.

Il-Polonja għelbu lill-Gżejjer Faroe 2-0 grazzi għal doppjetta ta’ Robert Lewandowski fl-aħħar kwarta tal-logħba.

L-Ungerija kisbu rebħa prezzjuża kontra s-Serbja f’Belgrad, fejn wara li kienu goal minn taħt, goal li wasal minn autogoal ta’ Szalai, dawwru r-riżultat b’goals ta’ Varga u Orban fl-ewwel taqsima

Riżultati:
Każakistan v Finlandja 0-1
Litwanja v Montenegro 2-2
Rep.Ċeka v Albanija 1-1
Danimarka v S. Marino 4-0
Franza v Irlanda 2-0
Olanda v Greċja 3-0
Polonja v Gżejjer Faroe 2-0
Serbja v Ungerija 1-2
Slovenja v Irl. Ta’ Fuq 4-2

Illum
Georgia v Spanja
Bożnja v Liechtenstein
Kroazja v Latvja
Ċipru v Skozja
Lussemburgu v Iżlanda
Slovakja v Portugal
Turkija v Armenja