Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Rekord dinji ġdid minn Tigist Assefa fil-Maratona ta’ Berlin

Saret id-49 edizzjoni tal-Maratona ta’ Berlin. Maratona li hija r-raba’ waħda fis-serje ta’ sitt maratoni ewlenin madwar id-dinja.

Din is-sena b’kollox ħadu sehem 48,000 atleta minn 156 pajjiż. Fil-kategorija tan-nisa Tigist Assefa tal-Etjopja għamlet rekord tad-dinja ġdid meta temmet f’sagħtejn 11-il minuta u 53 sekonda. Ir-rekord ta’ qabel kien ta’ Brigid Kosgei tal-Kenja li fl-2019 fil-maratona ta’ Chicago għamlet it-42 kilometru f’sagħtejn, 14-il minuta u erba’ sekondi.

Eliud Kipchoge tal-Kenja għamel rekord personali meta rebaħ il-maratona ta’ Berlin għal ħames darba fil-karriera f’sagħtejn, żewġ minuti u 42 sekonda. Huwa għandu wkoll ir-rekord tad-dinja miksub sena ilu dak ta’ sagħtejn minuta u 9 sekondi.

L-għan ewlieni ta’ Kipchoge huwa li s-sena d-dieħla jirbaħ it-tielet midalja Olimpika konsekuttiva.