Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Renju Unit: Miet l-attur veteran Michael Gambon

L-attur veteran Sir Michael Gambon — magħruf l-aktar għall-parti ewlenija tiegħu fil-films ta’ Harry Potter– miet l-isptar fl-età ta’ 82 sena u wara karriera ta’ 50 sena fl-oqsma taċ-ċinema, it-televiżjoni, it-teatru u r-radju.

Gambon sar wiċċ famuż fuq livell globali wara li interpreta r-rwol tal-Professur Albus Dumbledore f’sitta fost it-tmien films tas-sensiela Harry Potter– storja ta’ suċċess storiku fuq livell ċinematografiku.

Ir-rapporti qalu li Gambon miet minn kumplikazzjonijiet dovuti għall-pneumonia u meta bħalissa numru ta’ atturi u ismijiet famużi oħra mid-dinja tal-ispettaklu qegħdin isellmu lill-memorja tal-attur huma u jfaħħru t-talenti kbar tiegħu.

Minbarra r-rwol tiegħu f’Harry Potter ( is-saħħar ibbażat fuq in-novelli ta’ JK Rowling), Gambon kien għamel suċċess ukoll fil-parti ta’ Jules Maigret, id-detektiv Franċiż, fis-sensiela televiżiva Maigret għall-ITV.

Rwol ieħor li kisiblu suċċess kien ta’ Philip Marlow f’The Singing Detective ta’ Dennis Potter fuq il-BBC.