Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Riżultat ieħor negattiv għal Roma

Roma kienu għal darb’oħra megħluba, din id-darba bl-iskor ta’ 4-1 minn Genoa. Aktar milli riżultat sorpriża huwa wieħed ta’ konferma li Roma jinsabu fi kriżi bit-tielet telfa minn sitt partiti fejn jinsabu fis-16 il-post fil-klassifika filwaqt li Genoa telgħu fil-11-il post b’7 punti.

Wara biss 5 minuti, minn azzjoni ta’ Kevin Strootman kien Albert Gudmundsson li għeleb lil Rui Patricio sabiex poġġa lil Genoa fil-vantaġġ. Reazzjoni mmedjata minn Roma li fit-22 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Leonardo Spinazzjola kien Bryan Cristante li għeleb lil Josep Martinez għal 1–1 . Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima kien Mateo Retegui li minn pass ta’ Morten Thorsby għeleb lil Patricio b’Genoa mill-ġdid fil-vantaġġ. Fl-74 minuta minn azzjoni ta’ Dragusin kien Morten Thorsby li għamel l-iskor 3–1 sabiex sitt minuti wara l-iskor sar saħansitra 4–1 permezz ta’ Junior Messias minn azzjoni ta’ Morten Frendrup.

Frosinone u Fiorentina temmew fi draw ta’ 1-1. Permezz ta’ dan ir-rizultat Fiorentina baqgħu fis-7 post bi 11-il punt filwaqt li Frosinone komplew bis-serje pożittiva fejn telgħu fit-8 post b’9 punti. Fid-19 il-minuta minn azzjoni ta’ Alfred Duncan kien Nicolas Gonzalez li għeleb lil Stefano Turati sabiex poġġa lil Fiorentina fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima bi Frosinone aktar fil-partita, fis-70 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw wara li Matias Soule għeleb lil Pietro Terracciano.

F’partita oħra, Monza u Bologna temmew fi draw ta’ mingħajr gowls. Riżultat ġust f’partita bbilancjata fejn fil-klassifika Bologna bir-raba’ draw minn sitt partiti jinsabu fit-12-ilpost b’7 punti filwaqt li Monza b’ 6 punti jinsabu fl-14-ilpost. Fil-15 il-minuta Dany Mota għeleb lil Lukasz Skorupski madankollu l-gowl ma kienx ikkonvalidat minn Ivano Pezzuto wara li kkonsulta l-VAR fejn Mota kien f’posizzjoni ta’ offside. Fis-87 minuta l-istess Pezzuto kecca lil Alexis Saelemaekers fuq ammonizzjoni doppja għal protesti.