Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Roberta Metsola fil-Ġappun għal-laqgħa tal-ispeakers tal-G7

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola temmet żjara fil-Ġappun fejn ħadet sehem fil-laqgħa għall-ispeakers tal-G7.


Fil-konferenza ħadu sehem il-kapijiet tal-kmamar tar-rapreżentanti tal-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Kanada, r-Renju Unit, l-Ukrajna, Franza, l-Italja u l-Ġermanja, li flimkien mal-President Metsola ddiskutew kif id-dinja qed tindirizza l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna.

Waqt sessjoni li fiha l-ispeakers iffukaw fuq is-sigurtà tal-enerġija u l-kooperazzjoni internazzjonali, l-President Metsola elenkat sensiela ta’ liġijiet u miżuri li ħa l-Parlament Ewropew mindu bdiet l-aggressjoni Russa, li jindirizzaw s-sorsi tal-enerġija, r-rotot li jintużaw biex titwassal l-enerġija u d-diversifikazzjoni ta’ min jipprovdi l-enerġija.

Roberta Metsola qalet li l-kooperazzjoni bejn il-Parlamenti madwar id-dinja u l-komunikazzjoni man-nies biex jispjegaw d-deċizjonijiet li jittieħdu huma kruċjali biex jinkisbu l-aħjar riżultati.


Il-President Metsola kellha diversi laqgħat bilaterali fosthom mal-ispeaker tal-kamra tar-rapreżentanti
tal-Istati Uniti Kevin McCarthy, l-ispeaker tal-House of Commons fir-Renju Unit Sir Lindsay Hoyle u malispeaker Ukren Ruslan Stefanchuk.


Il-laqgħa tal-ispeakers tal-G7 fil-Ġappun tinsab fuq l-għatba ta’ plenarja tal-Parlament Ewropew fi
Strasburgu, fejn isir id-diskors dwar l-prijoritajiet Ewropej għas-sena li ġejja.