Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Sentiment komuni mill-imsieħba soċjali dwar bżonn ta’ pjan stateġiku fil-tul għal pajjiżna

Bla dubju li pajjiżna għandu bżonn pjan strateġiku fit-tul li jwasal għal viżjoni waħda ta’ fejn irid verament jasal pajjiżna.

Dan kien is-sentiment komuni li twassal mill-unions u l-imsieħba soċjali waqt laqgħa li lbieraħ kellhom mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Iċ-Chairperson tal-MCESD tkellem dwar numru ta’ proposti validi li tressqu mill-Partit Nazzjonalista fosthom dwar it-taxxa għal dawk li jinsabu fil-faxxa ta’ isfel fis-soċjetà. Dan filwaqt li qal li kull azzjonijiet li jittieħdu f’kull budget jaffettwaw l-viżjoni fit-tul tal-pajjiż.

Victor Carachi President tal-GWU tkellem dwar l-importanza li tiġi implimentata viżjoni strateġika għal pajjiżna. L-istess ħsieb twasal ukoll minn Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UHM Voices of the Workers.

Il-Partit Nazzjonalista ilu xhur jinsisti dwar il-bżonn li Gvern jaddotta mudell ekonomiku ġdid, li ma jkunx ibbażat fuq iż-żieda fil-popolazzjoni. U huwa għalhekk li hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet għall-ġid tal-pajjiż.

Għall-Kamra tal-Kummerċ il-prijorita ta’ pajjiżna għandha tkun viżjoni li tmur lil’hinn mill-ħames snin li jwasslu minn elezzjoni għall-oħra.

L-MHRA tkellmet ukoll dwar il-bżonn ta’ viżjoni imsejsa fuq l-innovazzjoni biex pajjiżna ikun jista’ jilħaq livell ogħlha… xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalsita ilu żmien twil jitkellem fuqha. 

Martin Balzan tkellem fost l-oħrajn dwar l-importanza tal-edukazzjoni u l-ambjent ta’ madwarna.,, żewġ pilastru li huma ferm għal qalb il-Partit Nazzjonalista.  

Min-naħa tagħha l-Malta Employers Association faħħret bosta proposti li tressqu mill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-President tal-MUMN Paul Pace qal li l-budget li se jitressaq fi ftit ġimgħat oħra għandu jagħti importanza partikolari li numru ta’ temi li qed jaffettwaw lill-poplu kollu. 

Il-Budget 2024 se jiġi preżentat fit-30 ta’ Ottubru, u huma bosta l-imsieħba soċjali li qed jitfgħu pressjoni fuq il-Gvern sabiex ibiddel il-mudell ekonomiku tiegħu.

Dan filwaqt li l-ħaddiema qed jittamaw li jiġi preżentat pjan ċar sabiex jiġu indirizzati temi jaħarqu bħall-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja, it-traffiku, l-iskart, il-bini bla rażan, il-qerda ambjentali, u l-ħtieġa li jinħolqu setturi ġodda ta’ xogħol b’pagi aħjar.