logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo
star Bookmark: Tag Tag Tag Tag Tag
Malta
An article was changed on the original website

Jingħata rikonoxximent lid-donaturi tad-demm

Ftit tal-ħin ilu saret ċerimonja fejn ngħata ħajr lil 17-il donatur tad-Demm, 10 nisa u 7 irġiel, mill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz Presidenzjali tal-Verdala, il-Buskett.

“Kieku ma kienx hemm id-demm tagħkom, kieku jien m’għadnix hawn”. Kliem Christine Grixti, li permezz tal-għoti tad-demm, irnexxileha tgħaddi minn operazzjoni fejn ngħatat qalb ġdida u reġgħet bdiet tgħix mill-ġdid.

Ngħataw ukoll testimonjanzi qawwija minn individwi li bbenefikaw bil-kbir mit-trasfużjonijiet tad-demm. Fosthom Kenneth Frendo, missier Jerome li tilef il-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer madwar sentejn ilu.C

Tkellem ukoll is-Surġent Simon Schembri, fejn saħaq dwar kemm kien kruċjali għalih li wara l-inċident li għadda minnu, sab biżżejjed demm. Huwa qal li mingħajr id-donaturi tad-demm, l-isptar ma jkunx jista jimxi.

Susanne Bonnici ilha tagħti d-demm għal 24 sena. Hija tkellmet dwar kemm hu importanti li wieħed jagħti d-demm. Martin Bugelli ilu donatur tad-demm għal diversi snin…. fiflatt ta’ d-demm 91 darba.

F’indirizz lil dawk preżenti, il-President George Vella radd ħajr lil dawn id-donaturi, deskritti minnu bħala eroj ta’ żminijietna, li ddistingwew lilhom nfushom minn oħrajn għall-atti nobbli t’altruiżmu.Il-qofol ta’ din l-attività kien sabiex dawn id-donaturi tad-demm iservu ta’ mudell għal oħrajn li għad iridu jibdew jagħtu, u lil dawk li diġa’ jagħtu jixprunawhom biex ikomplu jkunu ta’ servizz u ta’ tama għall-morda.

Ikkummenta

All rights and copyright belongs to author:
Themes
ICO