logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo logo
star Bookmark: Tag Tag Tag Tag Tag
Malta

Pietà Hotspurs jiksbu l-ewwel rebħa b’gowl ta’ Pisani

PIETÀ H………………… 1 MQABBA ……………… 0

Pietà: J. Chircop St.John, S. Okoh, N. Pace Cocks, J. Ghio (C. Bouvet 57’), D. Vukovic, C. Gauci (Q. Bregman 88’), N. Pisani, J. Caetano, I. Jalo, J. Scicluna (J. Bone 84’), L. Adamec

Mqabba: F. Tabone, D. Micallef (G. Micallef 63’), Y. Omuro (A. Ferreira 63’), J. Micallef, P. Chimezie, M. Lukic, K. Xuereb, J. Spiteri (C. Cutajar 80’), N. Micallef, M. Caruana, K. Camilleri

Referee: Andrea Sciriha

Fl-ewwel konfront tal-istaġun kienu Pietà li ħarġu rebbieħa fuq Mqabba 1-0, bil-gowl rebbieħ jasal fil-bidu tat-tieni taqsima minn daqqa ta’ ras ta’ Nicholas Pisani. Il-logħba kienet interessanti minkejja li t-tnejn jistgħu juru aħjar. Komplessivament ir-rebħa marret għand l-aħjar tim u għand dak it-tim li l-iktar fittex ir-rebħa, fejn minbarra l-gowl rebbieħ laqat ukoll il-lasta b’daqqa ta’ ras oħra ta’ Pisani.

L-ewwel taqsima kienet bilanċjata għalkemm Pietà kellhom xi ftit iktar mil-logħob u kellhom iktar inizjattiva. Iżda ż-żewġ naħat ikkontrollaw tajjeb lil xulxin bl-uniċi tentattivi perikolużi kienu minn tarf il-kaxxa permezz ta’ Dylan Micallef għal Mqabba u Jake Ghio għal Pietà.

Disa’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Pietà marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ korner kien NICHOLAS PISANI li mill-viċin b’daqqa ta’ ras sab ix-xibka. Mqabba ppruvaw iwettqu reazzjoni u resqu qrib b’daqqa ta’ ras ta’ Lukic li marret ftit barra. Fit-72 minuta Pietà sfortunati meta minn kross ta’ Caetano, kien hemm id-daqqa ta’ ras ta’ Nicholas Pisani li stampat mal-mimduda. L-aħħar mumenti kienu diffiċli għal Pietà hekk kif Mqabba għamlu l-aħħar sforz iżda kien kollu ta’ xejn.

Ikkummenta

All rights and copyright belongs to author:
Themes
ICO